1. Il-Fraternita` Franġiskana tixtieq trodd ħajr lil dawk kollha li kienu involuti fit-tfassil u fit-tħejjijiet għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Anke lilkom li bil-presenza u bil-koperazzjoni tal-Komunita` Parrokkjali kollha, flimkien stajna nirċievu l-faraġ u s-sliem tal-
Mulej Rebbieħ.
L-Għid it-Tajjeb lilkom u lill-familji kollha tal-Parroċċa.

2. It-Tlieta 2 ta` April, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop. Baqa` ftit postijiet, booking sal-lum mingħand Margaret Cini mill-Bookshop. Donazzjoni ta` €30.
Wara l-Quddiesa tas-6.30pm issir il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali,
jitkellem P.Julian Sammut O.F.M.. Kulħadd mistieden.

3. Il-Ħamis 4 ta` April fis-6.00pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa ssir il-Lectio Divina.

4. Il-Ġimgħa 5 ta` April l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar isir it-Tqarbin u t-Tberik tad-djar tal-anzjani.

5. Il-Ħadd 7 t’ April, it-Tieni Ħadd tal-Għid, niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina.
Fil-5.30pm jiġi espost Ġesu` Sagramentat għall-Adorazzjoni sal-Quddiesa tas-6.30pm.

6. Il-Ħadd 7 t’ April, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’ risq ix-xogħol li qed isir fuq il-bjut tal-Knisja li miexi b’ ritmu tajjeb u nittamaw li ma jdumx ma jitlesta.
Bil-ġenerożita` tagħkom il-Ħadd li ġej nistgħu wkoll niġbru l-ispiża kollha ta` €20,000. Proset u Grazzi għax bil-ħila tagħkom se nkunu lestejna l-ewwel fażi tal-Proġett.
Fil-ġimgħat li ġejjin se nikkunsidraw il-fażi li jmiss.

7. Nirringrazzjaw lill-Kummissjoni Festi li ħadet l-inizjattiva biex tiġbor fondi gġall-ispejjeż tal-fjuri biex armajna l-vari u s-Santwarju fil-Ġimgħa Mqaddsa. B’ kollox €790. Nirringrazzjawkom.

8. Fil-Parroċċa se nibdew sensiela ta` Laqgħat Edukattivi għal kulħadd, partikolarment għall-Ġenituri u Nanniet. L-ewwel laqgħa tkun il-Ġimgħa 12 ta` April bejn is-7.00pm u t-8.15pm fiċ-Ċentru Sant’ Antnin bit-tema: “Bil-Malti jew bl-Ingliż inkellmu t-tfal tagħna?
Il-kelliem Marc Frendo, Speech Language Pathologist se jitkellem dwar l-użu tal-lingwi fis-Soċjeta` Maltija.
L-attendenza mixtieqa bla ħlas u nawgurawlkom li tigwadanjaw minn dawn l-inizjattivi.

9. Minn għada t-Tnejn 1 t’ April, il-Quddiesa ta` filgħaxija tibda ssir fis-6.30pm.

10. Għaddew għall-ħajja ta` dejjem Nathalie Calamatta u Emmanuel Camilleri.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……….

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433