San Tumas Aquinas jispjega li l-petizzjonijiet tal-Knisja militanti relatati mal-qadissin fil-ġenna u għalhekk huma jisimgħu dawn il-petizzjonijiet b’mod sopr8anaturali, permezz tal-Viżjoni Beatifika. Huwa parti mill-glorja tagħhom li jgħinuna fil bżonnijiet għas-salvazzjoni tagħna. Alla m’għandux bżonn il-qaddisin biex jinterċedu għalina, imma f’imħabtU lejhom, tagħhom don kbir billi jerħihom jipparteċipaw b’dan il-mod glorjuż fix-xogħol tar-redenzjoni tagħna. Alla jaħdem bl-imħabba – l-oppost tal-egoiżmu – għaliex f’imħabtU jagħtina d-dinjità tal-parteċipazzjoni fl-attività glorjuża TeigħU. F’imħabbtU jagħtina l-opportunità li nipparteċipaw, għalkemm sekondarjament, f’xogħolU. Huwa rigal t’Alla li l-qaddisin jistgħu ġenwinament jinterċedu għalina.
Il-qaddisin fil-ġenna jistgħu jisimgħu it-talb tagħna għalkemm mhux b’widnejn fiżiċi,
għaliex dan m’għandhomx ġisem. Fi tlett postijiet fl-Evanġelu, Ġesù jgħidilna li fir-resurrezzjoni aħna nkunu bħal l-anġli w għalhekk ikollna l-Viżjoni Beatifika, jiġifieri nkunu nafu lil Alla, kif wkoll dak li jappartjeni lill-bniedem, b’mod sopranaturali u
It-talb tal-qaddisin huwa aktar effettiv minn tagħna għaliex huma fi stat perfett, filwaqt li anke l-akbar qaddis fuq din l-art jidneb venjalment. Għaldaqstant it-talb tal-qaddisin fil-ġenna huwa aktar effettiv mit-talb ta’ dawk li għadhom f’din id-dinja u għalhekk aħna nirrikorru lejhom biex jidħlu għalina quddiem it-tron t’Alla.
Paċi u Ġid
Brigitte Attard ofs
0 Comments