1. Illum il-Festa tal-Parroċċa, il-Quddies fis-7.00am, fil-11.00am u fis-6.00pm.
Fit-8.30am il-Pontifikal mill-E.T. Mons Isqof Sandro Overend Rigillo O.F.M., il-Kan. Dun
Ivan Aquilina jagħmel il-Paniġierku.
Fis-7.15pm u fl-aħħar tal-Purċissjoni, nilqgħu lis-Sultana Tagħna fuq iz-zuntier.
Fi tmiem il-Festa nirċievu l-Barka Sagramentali.

2. It-Tnejn, l-għada tal-Festa, il-Knisja filgħodu ma tiftaħx, ikun hawn biss il-Quddiesa tas-6.30pm.
Anke l-Uffiċċju Parrokkjali bħalissa magħluq, jerġa jiftaħ it-Tnejn 15 ta` Lulju. filgħaxija.

3. Is-Sibt 13 ta` Lulju, ninġabru għall-Quddiesa tas-6.30pm, b’radd ta` ħajr lis-Sultana Tagħna u lejn xulxin għall-Grazzji li rċevejna fil-ġimgħa tal-Festa.
Wara l-Quddiesa nassistu għad-dħul tal-Vara tal-Madonna fin-Niċċa.

4. Il-Ħadd 21 ta` Lulju, Ħarġa għall-Festa ta` San Ġorġ Għawdex.
Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fl-4.30pm u niġu lura mal-Vapur tal-11.15pm.
Booking miftuħ, donazzjoni ta` €15 għat-trasport biss.

5. Il-Ġabra li saret il-ġimgħa l-oħra b’risq il-Festa kienet €1,028.
Il-Kummissjoni Festi tal-Parroċċa tirringrazzjakom għall-ġenerożita` tat-tlett ġabriet, b’total ta` €2,857.20 u għad-donazzjonijiet li nġabru mid-djar, b’għajnuna biex titħallas il-Festa.
Il-Kummissjoni Festi tiskuża ruħha mar-residenti li joqgħodu fit-toroq li minħabba r-riħ li kellna, fi ftit ħin ma laħqux ramaw il-pavaljuni kullimkien. Grazzi tas-sapport li b’kull mod ikun offrut f’dawn il-jiem.

6. Il-Patrijiet Franġiskani nirringrazzjaw lill-Għaqdiet kollha u lill-għadd kbir tal-voluntiera fil-Parroċċa, partikolarment lill Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema biex illum qed issir il-Festa.
Grazzi tad-donazzjonijiet li offrejtu bil-Bukketti tal-Ġenerożita` b’qima lejn il-Madonna b’risq il-Manutenzjoni tal-bjut tas-Santwarju.
Sal-lum irċevejna €6,080.00.
Għadkom tistgħu toffru dawn il-Bukketti sal-Ħadd filgħaxija.
Grazzi u Prosit.

Il-Festa t-Tajba lil Kulħadd.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433