IL-FESTA TA’ SAN FRANGISK

Huti Frangiskani, il-Festa t-Tajba.
Illum l-4 ta’ Ottubru hija l-festa ta’ Missierna San Frangisk.

Smajna hafna fuq San Frangisk imma tisma kemm tisma fuqu qatt m’hu bizzejjed. Knisja għażiża għal qalbu kienet dik ta’ San Damjan. F’dik il-knisja ċkejkna u fi stat ħażin, hu sama’ leħen mill-Kurċifiss impinġi li kien imdendel wara l-altar. Dan stiednu biex isewwi l-Knisja tiegħu li kienet qed tiġġarraf.

Franġisku ma fehemx tajjeb x’ried Alla mingħandu. Imma hu beda jintebaħ li l-Mulej riedu jagħti ħajtu għas-servizz tal-Knisja. Għal xi żmien, Franġisk ħalla daru, inġabar fil-knisja ta’ San Damjan, u għamel dak li s-saċerdot tal-post talab mingħandu.

Meta Franġisku kien ċert x’kellha tkun it-triq ta’ ħajtu, libes libsa fqajra b’salib fuqha, u dak li kien jixtieq isir “Kavallier tad-dinja,” sejjaħ lilu nnifsu “Kavallier tar-Re l-Kbir.”

L-Isqof ta’ Assisi tah il-permess li jipprietka l-Vanġelu fil-knisja ta’ San Ġorġ; fid-dawl tal-kelmiet ta’ Kristu, Franġisk ipprietka l-paċi u l-penitenza. Ma kienx jipprietka bi kliem tqil imma kien jaf jinzel ghall-livel ta’ kulhadd. Fi ftit zmien kienu hafna dawk li riedu jissiehbu mieghu biex jghixu l-istess hajja tieghu. Hajja mibnija fuq l-osservanza tal-Evangelju.

Fis-sena 1212, San Franġisk waqqaf it-tieni Ordni tiegħu li kien dak tas-Sorijiet. Fil-bidu ssejħu: “Id-Dami Fqajrin ta’ San Damjan”. Għalkemm San Franġisk kien ir-ruħ ta’ din l-istituzzjoni, huma sabu mexxejja kbira f’Santa Klara ta’ Assisi: li minnha s-Sorijiet issejħu “Klarissi”.

Kif jaf kulhadd, San Frangisk waqqaf ukoll it-Tielet Ordni, dak Frangiskan Sekular, li tieghu ahna lkoll membri. Ahna lkoll ghamilna l-weghda, fil-professjoni taghna li nghixu l-Evangelju bi spirtu Frangiskan. Din hi l-vokazzjoni taghna fil-Knisja u fid-dinja ta’ llum.

Nixtieq naqsam maghkom diskors tal-Papa Franġisku f’Rio de Janiero xi snin ilu:
“Għandna wisq bżonn nitgħallmu nħaddnu magħna lil min hu fil-bżonn, kif għamel San Franġisk. Kemm għandna sitwazzjonijiet fil-dinja, li jitolbu l-attenzjoni, l-għożża u l-imħabba tagħna. Spiss, imma, fis-soċjetajiet tagħna jirbaħ l-egoiżmu. Kemm għandna “negozjanti tal-mewt” li jimxu skont il-loġika tal-poter u tal-flus, hu x’inhu l-prezz li jrid jitħallas.
Jeħtieġ naffrontaw il-problemi tal-lum billi:
* nippromovu iktar il-ġustizzja,
* nedukaw liż-żgħażagħ fil-valuri li jibnu l-ħajja komuni,
* nakkumpanjaw lil min jinsab f’diffikultà u
* nagħtu tama għall-futur.
La tibżgħux toħorġu u tmorru tiltaqgħu ma’ persuni bi problemi li qed jaffaċċjaw diversi sitwazzjonijiet iebsa. Tkunux miżmumin minn:
* preġudizzji,
* minn drawwiet,
* riġidità mentali jew pastorali,
* immexxijin mill-motto famuż “imma dejjem hekk sar!”.
Imma nistgħu biss immorru fil-periferiji jekk inġorru l-Kelma t’Alla fi qlubna, u nimxu mal-Knisja, bħal San Franġisk. Jekk ma jkunx hekk, inġorru lilna nfusna u mhux il-Kelma t’Alla; u dan mhux tajjeb, ma jgħin lil ħadd! Mhux aħna li nsalvaw id-dinja: huwa proprju l-Mulej li jsalvaha!
Ilkoll għandna bżonn li nħarsu lejn l-oħrajn bl-għajnejn tal-imħabba ta’ Kristu, nitgħallmu nħaddnu magħna lil min hu fil-bżonn, biex nuruh li qegħdin qrib, bir-rispett u l-imħabba.”
* U int kif tħares lejn l-oħrajn?
* Tiġġudikhom jew tħobbhom?
* Qed ixxammar idejk u taqdi lil min hu fil-bżonn fuq l-eżempju ta’ San Franġisk?
* Qed tismgħaha l-karba ta’ Ġesu’ Kurċifiss li qed jgħid lilek ukoll illum: “Mur u sewwi l-Knisja tiegħi li qed tiġġarraf?”

Il-Paci u s-Sliem Frangiskan maghkom.

Peter Darmanin ofs.