1. Il-Ħadd 28 ta` Diċembru, fi tmiem il-Ġublew tat-Tama, l-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa fis-6.00pm
fil-Katidral tad-Djoċesi, l-Imdina. Kulħadd huwa mistieden.


2. Mit-Tnejn 29 sal-Erbgħa 31 ta` Diċembru, Jiem ta`Tifħir u Talb ‘l Alla f’Għeluq is-Sena 2025. Fit-8.30am u fil-5.30pm, nitolbu r-Rużarju quddiem Ġesu` Sagramentat Espost.
Ejjew ngħidu GRAZZI ‘l Alla għal Sena oħra ta` ħajja u nitolbuh jħarisna għaż-żmien li ġej.

3. It-Tlieta 30 ta` Diċembru, l-O.F.S. jiltaqgħu fis-6.30pm, għal Laqgħa li se tkun immexxija minn membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-O.F.S.,

4. L-Erbgħa 31 ta` Diċembru, fis-6.00pm niltaqgħu bħala Kommunita` Parrokkjali għall-Aħħar
Quddiesa tas-Sena ta` Radd il-Ħajr.
Ma jkunx hawn il-Quddiesa tal-5.00pm.
Dak in-nhar u l-għada l-Ħamis l-Ewwel tas-Sena 2026, Jum il-Paċi, ssir il-Ġabra b’risq id-Dar tal- Providenza.
Fl-Ewwel tas-Sena l-Quddies huwa obbligatorju u jkun fil-ħinijiet bħal tal-Ħadd.

5. Il-Ġimgħa 2 ta` Jannar, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.Il-Patrijiet iżuru u jqarbnu l-anżjani u l-morda
fid-djarhom.
Fis-7.30pm, Bingo Christmas Special, fiċ-Ċentru Sant’ Antnin, b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Donazzjoni €20.

6. Il-Ħadd 4 ta` Jannar, niċċelebraw s-Solennita` tal-Epifanija tal-Mulej, il-Wasla u l-Adorazzjoni tal-
Maġi lill-Bambin. Dan se jkun b’rappresentazzjoni fil-Quddiesa tad-9.30am.
It-tfal mħeġġa jiġu mal-familji tagħhom.

7. Il-Ħadd 4 ta` Jannar, l-Ewwel Ħadd tas-Sena, issir il-Ġabra Speċjali bħala STRINA għall-
Manutenzjoni tas-Santwarju. Nirringrazzjaw lil dawk li ġa` offrew u nerġgħu infakkrukom biex
toffru d-donazzjoni ġeneruża tagħkom. Għalkemm il-Porġett ta` tisbiħ tas-Santwarju riesaq lejn it-
tmiem bis-saħħa tal-ġenerożita` tagħkom, għad baqa` spejjes kbar xi jsiru issa li nbeda x-xogħol
fuq barra u fuq ġewwa tal-ħames koppli. Bħalissa qegħdin fuq l-ewwel żewġ koppli, tal-Kappella
tas-Sagrament.
Nirringrazzjawkom, għall-qalb kbira tagħkom, li minbarra li qed tgħinuna għall-Manutenzjoni,
tipprovdulna wkoll l-għejxien tagħna ta` kuljumu tħarsulna l-vokazzjoni tagħna bit-talb u l-
koperazzjoni tagħkom.Grazzi lil kulħadd u nawgurawlkom SENA ĠDIDA B’PAĊI U ĠID.

8. Il-Kalendarju tal-Parroċċa tistgħu ssibuh mill-Bookshop jew mis-Sagristija.
Donazzjoni hija apprezzata.

9. Matul din il-ġimgħa, għadda għall-Ħajja ta` Dejjem Paul Vella.

Agħtih Mulej il-mistrieħ ta` Dejjem…………
P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433