1. It-Tlieta, l-aħħar jum tas-Sena, Jum ta` Radd il-Ħajr, issir l-Adorazzjoni fis-skiet bejn id-9.30am u 12.00pm.
Fil-5.00pm il-Quddiesa u tkompli l-Adorazzjoni mis-6.00pm sal-Quddiesa tas-6.30pm, l-aħħar
Quddiesa għas-Sena.
Fiha nkantaw it-Te Deum.
2. Nhar l-Erbgħa l-Ewwel Jum tas-Sena 2025, il-Quddies ikun bħal tal-Ħdud, dak inhar issir il- Ġabra b’risq id-Dar tal-Providenza.
Bl-offferta ġeneruża tkunu qed tapprezzaw din il-ħidma imprezzabbli b’risq persuni b’diżabbilita`.
3. Il-Ġimgħa 3 ta` Jannar, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, il-patrijiet joħorġu jqarbnu l-anzjani u l-morda fid-djar.
Fis-6.00pm il-Party għall-Preteens u t-Tfal fiċ-Ċentru Sant’ Antnin.
4. Il-Ħadd 5 ta` Jannar, is-Solennita` tal-Epifanija tal-Mulej, it-Tre Re.
Stedina għat-tfal u l-familji biex waqt il-Quddiesa tad-9.30am, jagħtu merħba lit-Tlett Slaten Maġi li magħhom se jsir djalogu mit-tfal. Lit-tfal kollha tingħata borża ħelu.
It-tfal mħeġġa jġibu affarijiet tal-ikel biex jingħataw lis-Saċerdoti anzjani tad-Dar tal-Kleru.
5. Il-Ħadd l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-Ġabra Speċjali bħala Strina għall-Manutenzjoni tas- Santwarju li se tkompli f’nofs Jannar.
Is-sena li ġejja se tkun waħda ta` ħidma kbira.
Filwaqt li se titkompla ż-żebgħa, hu ppjanat li ssir manutenzjoni fuq il-ħames Kopli; ir-Restawr tal-Pittura li hemm fuq l-Altar tat-Titular u l-pjan biex jinqala` u jitqiegħed mill-ġdid iz-zuntier.
Minbarra li tlabna l-għajnuna mill-Gvern u Entitajiet privati, tiswa ħafna l-ġenerożita` tagħkom.
Infakkrukom biex min jista` joffri rigal ta` €25. Agħti d-donazzjoni li tixtieq fl-envelopes li qassamnilkom jew li tieħdu wieħed min ħdejn il-bibien tal-Knisja u tirritornawhom fil-Ġabra tal-weekend li ġej. Nirringrazzjawkom tat-talb u l-ġenerożita` tagħkom lejna fis-Sena li qed tispiċċa u fil-ġdida li se nibdew.Grazzi lil kulħadd u Paċi u Ġid għas-Sena l-Ġdida.
6. Għada/illum il-Ħadd fil-Quddiesa tal-11.00am, titla` l-lotterija tal-Milied. Min hu interessat baqa` xi biljetti.
7. Matul din il-ġimgħa għadda għall-ħajja ta` dejjem Victor Zammit.
Agħtih Mulej il-Mistrieħ ta` dejjem….
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments