1. It-Tnejn 11 t’Awwissu, niċċelebraw il-Festa ta` Santa Klara t’Assisi, il-persuna li ssieħbet ma` San Franġisk biex bil-kariżma tat-talb fil-klawsura, ikunu ta` tama u faraġ għas-soċjeta`.
Nitolbu għas-Sorijiet ta` Santa Klara li jgħixu fil-Monasteru f’San Ġiljan, biex jipperseveraw fil-missjoni tagħhom ta` talb u biex ikollhom aktar vokazzjonijiet.


2. Il-Ħamis 14 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni.

3. Il-Ġimgħa 15 t’Awwissu, il-Festa ta` Santa Marija.
Hija Festa Kmandata u hemm l-obbligu tal-quddies.
Il-Quddiesa tal-Ħamis tas-6.30pm tkun tgħodd għall-għada.
Il-Quddies tal-Ġimgħa jkun bħal tal-Ħadd.

4. It-Tnejn 25 t’Awwissu se mmorru ġurnata Għawdex.
Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-7.00am.
Booking mingħand Margaret Cini. Donazzjoni ta` €30.

5. L-ammont miġbur mid-donazzjonijiet u l-ġabra speċjali l-ġimgħa l-oħra kien €4,090.00.
Nirringrazzjawkom għall-ġenerożita` u għall-kuraġġ biex inkomplu bil-Manutenzjoni li qed issir.

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433