1. It-Tlieta 22 t’Ottubru, wara l-Quddiesa tas-6.30pm, jiltaqgħu l-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, jitkellem Tony Mahoney, “Alla ħalaq kollox f’armonija perfetta.”
Kulħadd mistieden.
2. Il-Ħamis 24 t’Ottubru fis-6.00pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa, fis-7.00pm il-Lectio Divina.
3. Il-Ġimgħa 25 t’Ottubru fis-7.00pm, fil-Knisja ssir laqgħa ta` tħejjija għall-ġenituri u parrini tat-tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof, fis-17 ta` Novembru fil-Quddiesa tad-9.30am.
Il-laqgħa hija obbligatorja.
4. Is-Sibt 26 t’Ottubru, se ssir laqgħa ta` formazzjoni, fil-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani tar-
Rabat fid-9.00am għat-tfal li se jagħmlu l-Griżma.
Għal aktar dettalji, ikkuntattjaw lill-katekisti Peter Gatt u Antoinette Laferla.
5. Infakkrukom:
Kull nhar ta` Tlieta, l-Ħamis u l-Ġimgħa mill-5.00pm il-quddiem, qed inżuru lill-familji li ibbukkjaw. Kull familja tkun avżata minn qabel.
Biex tieħdu envelope minn taħt l-Ambone, tiktbu l-mejtin tagħkom u tirritornawhom fil- kaxxa l-bajda b’donazzjoni.
Għalihom noffru l-Quddiesa tas-6.30pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa matul Novembru.
6. Il-Ħadd 3 ta` Novembru, fil-Quddiesa tad-9.30am niċċelebraw il-Festa tal-Qaddisin kollha għat-tfal.
Nħeġġu lit-tfal jagħzlu ta` liema Qaddis jixtiequ jilbsu u l-ġenituri jaħsbulhom għall-kostum.
Għal aktar dettalji ikkuntattjaw lil Peter Gatt 7956 8744 jew lil Antoinette Laferla 7961 8463.
7. Il-Ħadd 10 ta` Novembru niċċelebraw il-Festa ta` San Martin.
Fil-Quddiesa tad-9.30am jiġi jżurna San Martin u jqassam il-Boroż tal-Ħelu lit-Tfal.
Min jixtieq jista` jibbukkja l-Borża għal donazzjoni ta` €5 mingħand Brian Vigar jew Margaret Cini sal-Ħadd 3 ta` Novembru.
8. Minħabba fix-xogħol li qed isir fil-Knisja qed nagħmlu sejħa lil kull min jista` jiġi jgħin fit-tindif tal-Knisja bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa fl-4.30pm. Napprezzaw l-għajnuna tagħkom.
9. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-ħajja ta` dejjem P. Alfred Tabone O.F.M. u Doris Agius.
Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……………
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments