1. It-Tnejn 20 t’Ottubru, fis-7.00pm jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.


2. It-Tlieta 21 t’Ottubru, fis-7.00pm jiltaqgħu l-O.F.S. għal-laqgħa minn Peter Darmanin: “Mhux kull min jgħidli Mulej, Mulej”, ħdejn l-Ufiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi.

3. Il-Ħamis 23 t’Ottubru, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.

4. Il-Ġimgħa 24 t’Ottubru, fis-7.00pm laqgħa mportanti għall-ġenituri u l-parrini tat-tfal li se jagħmlu l-Griżma ta` l-Isqof fil-Parroċċa tagħna, nhar il-Ħadd 16 ta` Novembu.

5. Ngħarrfukom li beda l-booking għall-Intenzjonijiet għall-Quddies tas-sena dieħla, fis-Sagristija. Kull Quddiesa donazzjoni ta` €7.
Mil-lum ukoll, minn ħdejn il-bibien tal-Knisja, tistgħu tieħdu l-envelope b’karta fih biex tiktbu l-mejtin u noffru għalihom il-Quddies ta` filgħaxija mit-Tnejn sal-Ġimgħa f’Novembru.
L-envelope tirritornawh u tixħtuh f’kaxxa apposta taħt il-Pulptu.
Kull donazzjoni hija apprezzata.

6. Meta jerġa` jinbidel il-ħin għax-xitwa, il-Quddiesa ta` filgħaxija mit-Tnejn sal-Ġimgħa terġa` tibda ssir fis-6.00pm.

7. Il-Parroċċa tagħna b’kollaborazzjoni mal-Għaqda “Duwa”, se tibda toffri servizz ta` Psikoterapija għall-Adulti bi problemi soċjali, mentali u emozzjonali.
Aktar dettalji fi-Noticeboards tal-Knisja.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433