CORPUS CHRISTI
1. Il-Ġabra Speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja : Kienet €548.82 Nirringrazzjawkom.
2. Il-Ħadd 11 ta’ Ġunju : Corpus Christi. 9.30am Quddiesa u Purċissjoni bis-Sagrament bil-parteċipazzjoni tat-Tfal li irċevew l-Ewwel Tqarbina llum. Il-Purċissjoni tgħaddi mit-toroq :
Trofimu, San Ġwann Battista, Rudolfu, Sta Marija u Trofimu.
3. It-Tlieta 13 ta’ Ġunju 2023 : Festa ta’ Sant’Antnin. 6.30pm Quddiesa animata mill-Kor tat-Tfal “Father’s Angels Children’s Choir”. Tberik tal-Ħobż u tat-Tfal. Jingħataw rigali lit-tfal.
Ejjew ħa nagħmlu Festa.
4. It-Tlieta 13 ta’ Ġunju 2023 : L-aħħar laqgħa tal-OFS qabel il-vaganzi tas-sajf. 7.00pm il-laqgħa se tkun waħda soċjali bejn l-Aħwa.
5. L-Erbgħa 14 ta’ Mejju : Is-Sitt Erbgħa bi preparazzjoni għall-Festa Titulari. 6.00pm Novena Perpetwa.
6.30pm Quddiesa bil-Priedka minn Fr Joe Vassallo O.P.
6. Il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju : Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. 6.30pm Quddiesa. 7.15pm Purċissjoni li tgħaddi mit-toroq : Trofimu, San Ġwann Battista, il-Karmnu, Leone, Falzon, Alfons, Rudolfu u Trofimu.
7. Il-Fondazzjoni tfakkar fl-Iskema ta’ 1 Ewro fil-ġimgħa :
Għal manutenzjoni tas-Santwarju. Għandna bżonn l-għajnuna finanzjarja ta’ kulħadd. Kull qatra tgħodd.
8. Alessia Distefano : Membru tal-Kor tat-Tfal se tieħu sehem fis-Special Olympics World Games f’Berlin. Il-Mulej ibierek it-talenti tagħha u nawgurawlha kull success.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 7953 7719 – 2131 3505.
0 Comments