1. It-Tnejn 14 t’April, minflok il-lezzjonijiet tal-Katekiżmu, it-tfal kollha mistiedna flimkien mal-Katekisti għat-tifkira tal-Aħħar Ikla ta` Ġesu` fil-Quddiesa tas-6.30pm. It-tfal iġibu magħhom il-karus.

Il-klassijiet tal-katekiżmu jieqfu għall-festi u jerġgħu jibdew mit-Tnejn 28 t’April

2. It-Tlieta 15 t’April, wara l-Quddiesa tas-6.30pm isir il-Pellegrinaġġ tar-Redentur fit-toroq San Trofimu; San Ġwann Battista; Rudolfu; Santa Marija u San Trofimu. Fl-aħħar isir mument ta` talb fuq iz-zuntier.

3. L-Erbgħa 16 t’April, fil-Quddiesa tas-6.30pm nitolbu l-Għasar u nimmeditaw l-aħħar sigħat ta` Ġesu` fuq is-salib. Mill-5.30pm sa tmiem il-Quddiesa jkun hawn il-Qrar.

4. Il-Ħamis 17 t’April, Ħamis ix-Xirka filgħodu ma jsirx Quddies.
Niltaqgħu fit-8.00am għat-Talb Komunitarju.
Fis-6.30pm il-Quddiesa Solenni tal-Aħħar Ikla bir-Rit tal-Ħasil tar-Riġlejn.
Għad baqa` xi postijiet għal irġiel u nisa li jixtiequ jieħdu sehem bħala Appostli.
Fit-8.30pm isiru s-7 Visti mis-Soċjeta` Filarmonika Sliema.
Fl-10.15pm niltaqgħu għall-Adorazzjoni sal-11.00pm.

5. Il-Ġimgħa 18 t’April, il-Ġimgħa l-Kbira .
Niltaqgħu fit-8.00am għat-Talb Komunitarju.
Fid-8.45am isiru l-Visti madwar is-Santwarju.
Is-Santwarju jibqa miftuħ u fis-2.00pm nibdew iċ-Ċelebrazzjoni b’Awdjo-Viżiv dwar il-Passjoni ta` Ġesu` mill-aspett xjentifiku u nkomplu bil-Liturġija tal-Kelma, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.

6. Is-Sibt 19 t’April, Sibt il-Għid. Filgħodu l-knisja ma tiftaħx.
Fit-8.00pm tibda ċ-Ċelebrazzjoni tal-Qawma mill-Mewt ta` Ġesu`, bit-Tberik tan-Nar il-Ġdid u l-Quddiesa Solenni bir-Rit
tal-Magħmudija.

7. Il-Ħadd 20 t’April, L-Għid il-Kbir.
Fid-9.30am il-Quddiesa għat-tfal u l-familji, bit-tberik tal-figolli u ħelu tal-Għid.
Fil-Quddies kollu jitqassmu l-figolli u ilma mbierek lil kulħadd b’turija tas-Sliem u Barka lilkom u lill-familji tagħkom għall-
ġenerożita` kbira li turu lejn il-Parroċċa u l-Patrijiet.
Appell biex niltaqgħu għall-Festi tal-Għid li matulhom l-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx.

8. Il-Ġabra Speċjali, id-Donazzjonijiet u l-Attivitajiet li saru b’risq il-Manutenzjoni tellgħu s-somma ta` €5,083.34.
€1,170 kienu dħul mill-attivitajiet.
Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu, infakkru li tistgħu tkomplu tgħinu għax-xogħol li baqa` jsir bl-iskema
tal-€1 fil-ġimgħa fil-kaxxi tal-Fundazzjoni jew tal-€200 offerta lis-Santwarju. Grazzi mill-qalb u Prosit!

9. Nirringrazzjaw lil min offra jew li min għad irid joffri id-donazzjoni tiegħu għall-fjuri biex armajna l-Vari u s-Sepulkru l-ġimgħa d-dieħla. Tistgħu tavviċinaw lill-Kappillan jew tixħtuha f’envelope fill-kaxxa tal-offerti taħt il-Pulptu.

10. Infakkrukhom biex tieħdu sehem fl-Assemblea Parrokkjali is-Sibt 3 ta` Mejju, billi tieħdu formula, timlewha u tixħtuha fil Kaxxa l-bajda taħt il-Pulptu.

11. It-Tnejn 21 t’April, Ħarġa għal Għawdex. Booking mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.
Donazzjoni ta` €30 kollox inkluż minbarra l-vapur. Nitilqu fis-7.30am mis-Savoy Bus Stop.

12. Il-Kummissjoni Festi illum qed tbiegħ Figolli u Qagħaq tal-Appostli fuq iz-zuntier u nhar il-Ġimgħa filgħodu se
torganizza żjajjar lill-Knejjes fejn hemm il-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira. Booking ma Brian Vigar.

13. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Marthese Farrugia. Agħtiha Mulej il- mistrieħ ta` dejjem …..

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433