‘FID-DINJA XEJN MA JSIR ADDOĊĊ JEW B’KUMBINAZZJONI’

Hekk kien jgħid Dun Ġorġ Preca, illum San Ġorġ. Kliem li ta’ tifel li kont fil-MUSEUM kien jimpressjonani. Illum, fl-eta tiegħi, aktar nifhem x’ried jgħid Dun Ġorġ. Kelli kurżita kbira nkun naf għaliex dan il-misħut virus semmewh ‘corona-virus’. Sa ktibt direttament lil WHO iżda ma tawnix tweġiba sudisfaċenti. L-aktar li qaluli hu għax iċ-ċellula ta’ dal-virus qiesha ‘korona’, ‘crown’ U dan huwa minnu. Mhux b’kumbinazzjoni teżisti Sta. Korona, qaddisa Rumana, tat-2 seklu u li mietet martri. Sta. Korona hija l-qaddisa protettriċi tal-mard pandemiku u tal-pesta. Jgħidu li l-fdalijiet tagħha jinsabu fl-Italja ta’ fuq, propju fejn mietu tant anzjani.

Apparti mit-tensjoni u l-biżgħa, dawn iż-żminijiet qed jagħtu riżultati oħra.

In-natura, għax il-poplu qiegħed ġewwa, qed tidher isbaħ, kif qatt ma rajniha: Kemmuna qed tgawdi sbuħija li qatt ma rajnieh, it-tinġis tal-arja naqas drastikament … u nibqgħu sejrin. Iżda riżultat ieħor huwa li l-familja saret magħquda, kif qatt ma kienet, jieklu flimkien, jaraw it-televiżżjoni flimkiem, isibu aktar ħin għal djalogu. Biss, għalija personali, l-akbar riżultat huwa li l-poplu qed jirrealizza x’inhuma l-valuri propji li għandu jgħożż.

Ċajta ħelwa ta’ daż-żmien, iżda li fiha tagħlima kbira: Missier kellu l-Birthday, it-tfal inġabru fis-salott, għajtu ‘l missier u l-omm ħarġet b’kaxxa kbira tar-rigal. Il-missier, eċitat fetħu u sab … sitt rollijiet tat-toilet paper.’ Ir-reazzjoni tagħkom hija li tidħqu … iżda l -missier beka bil-qalb, u miegħu il-familja. Wasalna fi stat li qed nirrealizzaw li hemm bżonn inwarrbu dak kollu li huwa artifiċjali fil-ħajja u nfittxu dak biss li huwa bżonjuż. Ir-realta hi li meta jkollok bżonn dawn il-ħtiġijiet (toilet paper) ma tistax tuża la karta tal-mitt ewro, la tal-ħamsin u lanqas tal-għaxra. Fl-Awstralja, fl-Ingilterra u f’Malta, il-markets trid tagħmel wegħda biex issib roll  ‘toilet paper’.

Waqatilna l-maskra u kulħadd ifittex il-kuruna, mhux tal-virus … iżda tar-Rużarju. Kellu ħafna raġun Dun Ġorġ: ‘Xejn ma jsir addoċċ jew b’kumbinazzjoni.’

 

Tony Mahoney ofs