FESTA TAS-SULTANA TAĦNA TAL-QALB ĦELWA TA’ ĠESU’
1. Il-Ġabra Speċjali llum : Tmur għall-Kummissjoni Festi. Kunu ġenerużi.
2. Is-Sibt 25 ta’ Ġunju : 6.30pm Quddiesa bil-Mandat lir-Reffiegħa tal-Istatwa tas-Sultana tagħna.
Il-Banda Ċittadina ‘Sliema’ iddoqq marċi brijużi.
7.15pm Tinħareġ il-Vara minn Niċċa. Jitkanta l-Innu Popolari ‘Viva Dejjem’ taħt id-direzzjoni tal-Mro Leslie Tabone.
3. Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju :
Festa tat-Tfal u Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni.
9.00am Mixja mat-Tfal miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Knisja.
L-Istatwa tittella’ fuq il-pedestall.
9.30am Quddiesa bil-Preżentazzjoni tat-Trabi u t-Tfal lil Madonna. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata b’tifkira tal-Inkurunazzjoni.
4. It-Tnejn 27 ta’ Ġunju :
7.30pm Programm Mużikali tal-Festa mill-Banda “Sliema”.
5. It-Tlieta 28 ta’ Ġunju : Jum l-Anzjani.
8.30pm Riċeviment tal-Festa fis-Sede tas-Soċjeta’.
Mistiedna l-membri, il-benefatturi u mistednin distinti.
6. L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju : L-Ewwel Jum tat-Tridu :
5.45pm Novena.
6.15pm Talba tal-Għasar.
6.30pm Quddiesa bil-Priedka minn P. Renald Lofrea O.Carm.
Wara jkollna l-Kurunella, Innu, Antifona u Barka Sagramentali. 8.30pm B.B.Q. tal-Festa fis-Sede tas-Soċjeta’ Filarmonika “Sliema”.
7. Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju : It-Tieni Jum tat-Tridu.
Fil-Knisja kollox bħal jum ta’ qabel.
8.30pm Marċ mill-Banda Ċittadina “Sliema” li jibda minn quddiem il-Knisja.
8. Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju : It-Tielet Jum tat-Tridu.
Fil-Knisja kollox bħal jiem ta’ qabel.
8.30pm Marċ Brijuż mill-Banda Ċittadina “Sliema” li jibda minn quddiem il-Każin.
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar u l-Patrijiet noħorġu għal qrar u tqarbin għand l-anzjani.
9. Is-Sibt 2 ta’ Lulju : Lejliet il-Festa.
9.00am Quddiesa bil-Kant tat-Te Deum.
5.00pm Quddiesa.
6.00pm Translazzjoni Solenni mill-Kappella tal-Adorazzjoni. 6.30pm Konċelebrazzjoni mall-Vigarju Provinċjali P. Marcello Ghirlando ofm.
8.00pm Marċ mill-Banda Ċittadina “Sliema” li jibda minn quddiem il-Każin.
10.30pm Waterflames Show. 11.00pm Nar tal-art.
10. Il-Ħadd 3 ta’ Lulju : Nhar il-Festa. 7.00am Quddiesa bis-Salmi. 8.30am Konċelebrazzjoni ma’ Mons George Frendo O.P., Arċisqof Emeritus ta’ Durres-Tirana fl-Albanija.
Paniġierku minn P. Raymond Calleja O.Carm.
10.30am Marċ mill-Banda Ċittadina “Sliema” jibda minn quddiem il-Każin.
6.00pm Quddiesa bis-Salmi.
7.00pm Marċ mill-Banda “Prince of Wales Own” tal-Birgu.
7.30pm Ħruġ tal-Purċissjoni bl-Istatwa Inkurunata tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
Il-Banda Dekana “L’Isle Adam” tilqa’ l-Istatwa bl-Innu “Viva Dejjem” u l-“Ave Maria”.
Il-Banda “Prince of Wales Own” takkumpanja l-Istatwa.
10.30pm Dħul tal-Istatwa u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments