1. Fil-Parroċċa llum qed niċċelebraw il-Festa ta` San Franġisk, u niġu fit-tmiem tagħha llum il- Ħadd bil-Manifestazzjoni bl-istatwa u bis-sehem tal-Banda Sliema. F’12.00pm isir it-Tberik tal-Annimali fuq iz-zuntier. Nirringrazzjaw lil kull min offra servizz fit-tħejjijiet u waqt iċ-Ċelebrazzjonijiet fis-Santwarju u fit-triqat.
Grazzi lil kulħadd u nawgurawlkom PAĊI U ĠID.


2. Matul din il-ġimgħa jibdew il-lezzjonijiet tal-Katekiżmu.

3. It-Tlieta 14 t’Ottubru, fis-7.00pm jiltaqgħu l-O.F.S. għal-laqgħa minn Patri Julian Sammut O.F.M., ħdejn l-Ufiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi.

4. L-Erbgħa reġgħu bdew isiru l-l-Laqgħat għall-Anzjani wara l-Quddiesa tad-9.00am, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

5. Il-Ħamis 16 t’Ottubru, fis-6.00pm jkun hawn l-Adorazzjoni u fis-7.00pm, terġa` tibda l-Lectio Divina.

6. Il-Ġimgħa 17 t’Ottubru, fit-8.00pm, Bingo Night b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju, fiċ-Ċentru Sant’Antnin. Donazzjoni €20.

7. Is-Sibt 18 t’Ottubru, mill-5.00pm sat-8.00pm, Laqgħa Vokazzjonali għas-subien fil-Kunvent tagħna fir-Rabat.

8. Il-Ħadd 19 t’Ottubru, il-Knisja tiċċelebra “Jum ta`Talb u Solidarjeta` mal-Artijiet tal-Missjoni”. Għalhekk il-ġabra tkun b’risq il-bżonnijiet tal-missjunarji u l-popli f’dawn l-artijiet.

9. Il-Parroċċa tagħna ġiet reġistrata bħala Ċentru ta` Edukazzjoni u Taħriġ, mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Għalhekk kull servizz u parteċipazzjoni fil-Kor tat-tfal, servizz bħala Abbatini w inizjattivi mill-Grupp Żgħażagħ Sacro Cuor, jikkwalifikaw għal li School Leaving Certificate, fl-aħħar sena Skolastika Sekondarja.

10. Infakkru fis-Serata għall-Premju “Ġieħ tas-Sliema”, mill-Kunsill Lokali nhar il-Ġimgħa 31
t’Ottubu fiċ-Ċentru Salesjan. Tisgħu tinnominaw persuna sal-15 t’Ottubru.

11. L-Ammont miġbur mid-donazzjonijiet, tombli, attivitajiet u l-Ġabra Speċjali, b’risq il-Manutenzjoni li qed issir fis-Santwarju, kien €4,510.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` kbira tagħkom.

12. Ingħaqdu mal-Komunita` Parrokkjali: Charlotte Susan Bonello, Luna Arbutina Webb, Leah Mallia u Sofia Cappitta Grungo.

13. Din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem Sunny Azzopardi u Antoinette Cardona.
Agħtihom Mulej il-mistrieħ……………
P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433