1. Illum qed isir il-bejgħ tal-Ponzjetti fuq iz-Zuntier.
Fl-okkazjoni ta` “Jum il-Ħajja” fil-Parroċċa hawn rappresentant tal-Life Network Foundation iqassam xi materjal b’tagħrif dwar il-ħidma tal-Fondazzjoni.
2. It-Tnejn 9 ta` Diċembru fid-9.30am, il-laqgħa tal-Fratelli tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
3. It-Tlieta 10 ta` Diċembru issir l-aħħar Żjara lill-familji tal-Parroċċa.
Nirringrazzjawkom li lqajtuna u konvinti li kienu ta` ġid kemm għalina l-Patrijiet u għall-familji.
Min applika u ma ltqajnix għax ma kkonfermawlniex id-dati jew ma kienux id-dar.
4. It-Tlieta ukoll jiltaqgħu l-O.F.S. fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Jitkellem Peter Darmanin: “Nilqgħu fostna lil Ġesu` Tarbija”. Kulħadd mistieden.
5. Il-Ħamis 12 ta` Diċembru fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.
6. Il-Ġimgħa 13 ta` Diċembru, festa Pubblika.
Fl-10.00am Coffe Morning fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Knisja. Donazzjoni ta` €15 tinkludi l-ikel u t-Tombla.
Fil-5.00pm Ħarġa għall-Villaġġ tal-Milied fir–Rabat – “Natalis Notabilis”.
Trasport mis-Savoy Bus Stop fil-5.00pm u niġu lura fid-9.30pm.
Booking mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.
7. Il-Ħadd 15 ta` Diċembru, nibdew In-Novena tal-Bambin sat-23 ta` Diċembru.
Fis-6.00pm Rużarju quddiem Ġesu` Espost u fis-6.30pm Quddiesa bl-Omelija.
8. Is-Sibt 21 ta` Diċembru, fit-8.00pm, l-Ikla tal-Milied b’risq il-Festa organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema fil-Każin Banda Sliema.
9. Infakkrukom:
Se jsir il-Kors ta` Kana mill-Ħamis 9 ta` Jannar fis-7.30pm fiċ-Ċentru SantAntnin.
L-għarajjes jistgħu jibbukkjaw għand il-Kappillan fl-Uffiċċju Parrokkjali jew għand il-Koppja Responsabbli Mob: 9984 1427
10. Qed issir Lotterija tal-Milied b’risq il-Knisja u titla` l-Ħadd 29 ta` Diċembru.
Ħarġa għal Għawdex nhar it-Tnejn 30 ta` Diċembru.
Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-7.00am, donazzjoni ta` €30 kollox inkluż minbarra l- vapur.
Min ġej il-Pellegrinaġġ għal Assisi bejn il-21 u s-27 ta` Lulju, jibbukkja għand il-Kappillan jew P.Julian Sammut O.F.M., depositu ta` €250, kopja tal-passaport u n-numru tal-mobile.
11. Il-Ġabra Speċjali li saret b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju kienet €4,330.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` kbira.
L-ewwel fażi taż-żebgħa lesta, baqa` t-tindif tad-deheb. Ix-xogħol se jkompli wara l-Milied.
11. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` dejjem, Francis Spiteri, Albert Lateo u Lilian Suda.
Agħtihom Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ……….
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments