1. Illum fuq iz-zuntier tal-Knisja qed isir ‘Cake Sale’ b’risq il-Life Network Foundation li toffri sapport lil nisa li qed jistennew tarbija mhux mistennija jew mixtieqa, minflok jabortixxuha. Bis-sapport tagħkom tgħinu biex tinfetaħ dar oħra għal każijiet simili.


2. It-Tnejn 25 ta` Novembru l-O.F.S. se jorganizzaw trasport mis-Savoy Bus Stop fl-4.30pm għall-Festa ta` Santa Elizabetta fir-Rabat. L-għada t-Tlieta s-soltu laqgħa ma ssirx.

3. It-Tlieta u l-Ħamis inżuru l-familji tal-Parroċċa mill-5.00pm il-quddiem.

4. Il-Ħamis 28 ta` Novembru fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.

5. Il-Ġimgħa 29 ta` Novembru Festa tal-Qaddisin Franġiskani kollha, niċċelebraw ukoll il-50 Sena
Anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel Kunsill Pastorali Parrokkjali fil-Parroċċa.
Mons. Frans Abdilla se jmexxi l-Quddiesa tas-6.30pm.
Kulħadd mħeġġeġ jieħu sehem l-aktar il-membri tal-Għaqdiet, il-helpers u persuni li joffru servizz fil-Parroċċa.
Hawn bżonn aktar għarfien dwar l-impenn tal-Kunsill fil-Parroċċa.

6. Il-Ġimgħa 29 ta` Novembru il-Kunsill Lokali ta`tas-Sliema se jorganizza l-Lejla ‘Premju Ġieħ tas-Sliema’ fit-Teatru tas-Salesjani fis-7.00pm.
Id-dħul b’xejn, imma l-biljetti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill.

7. Il-Ħadd 1 ta` Diċembru il-Knisja tibda s-Sena Liturġika tagħha bl-Avvent li jħejjijna għall-Milied Imqaddes.
Nirrikmandaw li kull familja u persuna ssib il-mod prattiku tagħha biex titlob u tipprepara bis-sens għall-Milied ieħor.

8. Il-Ħadd li ġej l-Ewwel Ħadd tax-Xahar iisir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja.
L-Ewwel fażi taż-żebgħa kważi lesta. Bħalissa qed titnaddaf id-dekorazzjoni tad-deheb w isir ġdid fejn saritlu l-ħsara; qed nistennew l-istimi biex issir: Il-Manutenzjoni urġenti fuq il-Koppla prinċipali u l-erbgħa ż-żgħar; Dawl ġdid fuq l-Altari tal-ġnub
L-installazzjoni tas-Security Cameras fil-proċess li titlesta.
Għinuna bl-offerti u d-donazzjonijiet ġenerużi tagħkom biex insalvaw u nsebbħu s-Santwarju. Grazzi mill-Qalb!

9. Il-Kors ta` Kana se jibda l-Ħamis 9 ta` Jannar fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Sant’ Antnin.
Booking mingħand il-Kappillan jew jikkuntattjaw lill-koppja responsabbli 9984 1427.

10. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` dejjem, Doreen Pace.
Agħtiha Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ……….

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433