1. L-Erbgħa 25 ta` Ġunju, niċċelebraw l-Aħħar Erbgħa ta` Tħejjija għall-Festa tal-Madonna.
Fis-6.00pm nitolbu n-Novena u fis-6.30pm il-Quddiesa bil-priedka min P.Frank Cini M.S.S.P..
Mistiedna l-membri tal-Kummissjoni Festi u tas-Soċjeta` Filarmonika Sliema.

2. Il-Ġimgħa 27 ta` Ġunju, Is-Solennita` tal-Qalb Imqaddsa ta` Ġesu`.
Fil-5.00pm ikun espost Ġesu` Sagramentat.
Fis-6.00pm nitolbu l-Għasar u wara l-Quddiesa tas-6.30pm, il-Purċissjoni bis-Sagrament li tgħaddi mit-toroq: San Trofimu, Santa Marija, il-Karmnu, San Ġjaċintu, u San Trofimu.

3. Is-Sibt 28 ta` Ġunju, niftħu l-Festa Solenni tas-Sultana Tagħna, bil-Quddiesa tas-6.30pm għall-Koppji Miżżewġin li din is-sena qed jiċċelebraw Anniversarju Speċjali taż-Żwieġ.
Wara l-Quddiesa, qabel il-ħruġ tal-Madonna min-niċċa, r-Reffiegħa tal-Istatwa jingħataw il-Mandat.
L-Istatwa Inkurunata, tingħata Merħba fuq iż-żuntier bis-sehem tal-Kor tat-Tfal.
Fit-8.30pm l-Ikla Tradizzjonali tal-Festa fil-Każin Banda Sliema. Il-Booking għadu miftuħ.

4. Il-Ħadd 29 ta` Ġunju, Jum il-Festa tat-Tfal.
Il-Quddiesa għat-tfal u l-familji tkun fid-9.00am minflok fid-9.30am.
Fl-10.00am Manifestazzjoni bl-Istatwa tal-Madonna bis-sehem tal-Banda Sliema li se tgħaddi mit-toroq: San Trofimu, Santa Marija, il-Karmnu, San Ġwann Battista u San Trofimu.
Fl-aħħar tal-Manifestazzjoni tittella` l-Istatwa tal-Madonna fuq il-Pedestall, ħdejn iż-żuntier tas-Santwarju.
Fil-11.00am tkompli l-Festa Tfal b’ikel u logħob fi Triq San Trofimu.

5. L-Aħħar Ġabra b’risq il-festa ssir is-Sibt 28 u l-Ħadd 29 ta` Ġunju.
Il-Ġabra li saret il-ġimgħa l-oħra kienet €796.40.
Napprezzaw il-ġenerożita` kontinwa tagħkom u nirringrazzjaw lil dawk li taw jew għad iridu joffru Bukkett ta` Ġenerożita` lill-Madonna minflok fjuri, b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.

6. Infakkrukom, li fil-jiem li ġejjin se jitqassam il-Ktieb tal-Festa fid-djar u tinġabar id-
donazzjoni fl-envelopes.
Għadna fil-bżonn ta` aktar persuni biex joffru s-servizz ta` transport lill-anzjani li soltu
nqarbnu fi djarhom, biex iwassluhom sal-Knisja u lura, għall-Quddiesa tas-6.30pm, nhar it-Tnejn 30 ta` Ġunju. Min jixtieq jgħin ikellem lil Kappillan.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433