1. It-Tlieta 4 ta` Ġunju, il-laqgħa tal-O.F.S. wara l-Quddiesa tas-6.30pm, ħdejn l-Uffiċċju
Parrokkjali. Jitkellem Peter Darmanin dwar l-istedina ta` Ġesu`: “Ejjew għandi intom l-imħabbtin u l-mtaqqlin u jien inserraħkom.” Kulħadd mistieden.


2. L-Erbgħa 5 ta` Ġunju, ir-Raba` Erbgħa ta` Tħejjija Spiritwali għall-Festa tal-Madonna.
Il-Membri tal-Ordni Franġiskan Sekular, huma mistiedna għall-Quddiesa tas-6.30pm, bl-Omelija minn P. Aaron Zahra O.P., biex janimaw u joffru l-fjuri lill-Madonna.

3. Il-Ħamis 6 ta` Ġunju, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa inkomplu bil-Lectio Divina.

4. Din il-ġimgħa mhux ser isiru iż-żjjajar lill-Familji tal-Parroċċa.

5. Il-Ġimgħa 7 ta` Ġunju, is-Solennita` tal-Qalb ta` Ġesu`.
Fil-5.00pm jiġi Espost Ġesu` Sagamentat. Fil-5.45pm nitolbu l-Għasar biex fis-6.00pm toħroġ il-Purċissjoni Ewkaristika li se tgħaddi mit-toroq San Trofimu, San Ġwann Battista, il-Karmnu, Leone, Falzon, Salvatur u San Alfons, nispiċċaw bil-Quddiesa fil-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani.

6. Appell lil dawk il-persuni, għaqdiet jew każini fil-Parroċċa jew barra minnha, li bi ħsiebhom joffru l-fjuri lill-Madonna fil-Festa tagħha.
Filwaqt li napprezzaw dan il-ġest sabiħ, fiċ-ċirkustanza tal-Manutenzjoni li qed issir fuq il-bjut tas-Santwarju, aktar jaqbel li minflok fjuri toffru donazzjoni. Għaliex il-fjuri jinxfu u jintremew imma bid-donazzjoni tgħinu biex inħallsu l-ispejjeż tax-xogħol li bih insalvaw is-Santwarju. Filwaqt li nesiġu li fjuri ma jingħatawx, nirringrazzjawkom li tikkoperaw ma` din l-inizjattiva.
Kull donazzjoni tingħata lill-Kappillan f’envelope bl-isem ta`min qed jagħti d-donazzjoni.
Fil-Festa jitwaħħal biljett għal kull donazzjoni bħala “Bukkett ta` Ġenerożita`” fuq board ħdejn ix-xbieha tas-Sultana Tagħna.

7. Il-Ġimgħa 7 ta` Ġunju, Festa Pubblika, Bingo Breakfast, fil-Każin Banda Sliema, fl-10.00am, għal donazzjoni ta` €15.

8. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Cettina Mallia
Agħtiha Mulej il-Mistieħ ta` dejjem …

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433