1. Mill-lum is-Sibt 13 ta’ Ġunju :
Il-Pubbliku se Jerġa’ jkun preżenti għal Quddies. Insegwu d-Direttivi :
Fil-Knisja tintlibes il-Maskra jew il-Visor / is-Sanitizer / it-Temperatura / id-Distanza ta’ 2 metri / l-Għoti tal-Paċi ssir bil-fomm / it-Tqarbin isir f’postna fuq l-Idejn (is-Saċerdot jgħid “Il-Ġisem ta’ Kristu” u nwieġbu “Ammen” darba biss minn fuq l-Artal) / Noħorġu mill-Bibien miftuħa bla kliem.

NB. Dawn huma Miżuri tad-Djoċesi ta’ Malta f’Konsultazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

2. Mit-Tnejn sas-Sibt :
8.15am Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
8.30am Quddiesa. 6.00pm Rużarju / Novena / Adorazzjoni.
6.30pm Quddiesa. Il-Ħadd : 7.45am Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
8.00am u l-11.00am Quddiesa. 6.00pm Rużarju.
6.30pm Quddiesa.
NB. Il-Knisja tiftaħ SIEGĦA qabel tibda l-Quddiesa.

3. Id-DISPENSA tal-Obbligu tal-Quddies tal-Ħadd għadha tgħodd qalilna l-Arċisqof.

4. Il-Ħadd 14 ta’ Ġunju : Festa ta’ CORPUS CHRISTI. 7.45am Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
8.00am Quddiesa u Purċissjoni bl-Ewkaristija madwar il-Knisja. 11.00am u 6.30pm Quddiesa.

5. L-Erbgħa 17 ta’ Ġunju :
Huwa s-6 Erbgħa f’Ġieħ is-Sultana tal-Qalb ta’ Ġesu’.

6. Il-Ħamis 18 ta’ Ġunju :
6.00pm Adorazzjoni + 6.30pm Quddiesa.

7. Il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju : Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’.
8.30am Quddiesa u Espożizzjoni ta’ Ġesu’ Sagrament san-12.00pm.
5.45pm Espożizzjoni ta’ Ġesu’ Ewkaristija.
6.15pm Għasar. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata.

8. Il-Qrar : Isir fejn is-Sagristija jew b’Appuntament.
Inżommu d-distanza.

9. L-Uffiċċju Parrokkjali jerġa’ jiftah :
It-Tnejn 5.00pm – 7.00pm.
L-Erbgħa 9.45am – 12.00pm.

10. Il-Kummissjoni Festa :
Qed tqassam appell fi djar peress li tħassru l-attivitajiet li kienu pjanati matul l-aħħar xhur. Ix-xogħol li kien ordnat għal Festa, sar u jrid jitħallas!
Matul din il-ġimgħa, il-membri tal-kummissjoni festi se jduru fit-toroq tal-Parroċċa jiġbru Donazzjonijiet.

Segwi Live Streaming mis-Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor fuq:
www.skylinewebcams.com/…/slie…/sacro-cuor-parish-church.html

Fr Paul Attard ofm

Kappillan