Avviżi tal-Parroċċa

2130 of 462 items

CORPUS CHRISTI – IL-HADD, 2 TA’ GUNJU, 2024

by Administrator

1. It-Tlieta 4 ta` Ġunju, il-laqgħa tal-O.F.S. wara l-Quddiesa tas-6.30pm, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Jitkellem Peter Darmanin dwar l-istedina ta` Ġesu`: “Ejjew għandi intom l-imħabbtin u l-mtaqqlin u jien inserraħkom.” Kulħadd mistieden. 2. L-Erbgħa 5 ta` Ġunju, ir-Raba` Erbgħa ta` Tħejjija Spiritwali għall-Festa tal-Madonna. Il-Membri tal-Ordni Franġiskan Sekular, huma mistiedna għall-Quddiesa tas-6.30pm, bl-Omelija minn P. Aaron […]

IT-TRINITA MQADDSA – IL-HADD, 26 TA’ MEJJU, 2024

by Administrator

1. Il-Ħadd 26 ta` Mejju, se ssir l-Ewwel Tqarbina tat-tfal fil-Parroċċa fil-Quddiesa tad-9.30am. Nirringrazzjaw lill-ġenituri w il-katekisti tal-impenn imprezzabbli biex wasslu lit-tfal ghal dan il-mument importanti f’ħajjithom.Inkomplu nsegwu lit-tfal bit-talb u l-eżempju tagħna. 2. It-Tlieta 28 ta` Mejju, il-laqgħa tal-O.F.S. fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Tony Mahoney jitkellem dwar “ Ir-Rieda Mqaddsa t’Alla, għalina.” Kulħadd mistieden. […]

GHID IL-HAMSIN – IL-HADD, 14 TA’ MEJJU, 2024

by Administrator

1. Għada t-Tnejn 20 ta` Mejju, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop. Ikollna l-Quddiesa fil-Knisja tagħna Għajnsielem, nieklu x-Xlendi, żjara s-Santwarju ta` Pinu fost oħrajn u niġu lura mal-Vapur tas-6.00pm. L-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx. 2. It-Tlieta 21 ta` Mejju, il-laqgħa tal-O.F.S. wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Pauline Darmanin titkellem dwar “Il-Qawwa tal-Ispirtu […]

TLUGH IL-MULEJ FIS-SEMA – IL-HADD, 12 TA’ MEJJU, 2024

by Administrator

1. It-Tnejn 13 ta` Mejju, fid-9.30am laqgħa għall-Fratelli tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Fil-Parroċċa ukoll Jum ta` Sawm u Talb għall-Paċi fid-dinja, fit-tifkira tal-Ewwel Dehra tal-Madonna f’Fatima. Mid-9.30am sas-6.30pm Talb Kontinwu tar-Rużarju quddiem Ġesu` Espost. Fis-7.00pm, il-laqgħa tal-Ushers. 2. It-Tlieta 14 ta` Mejju, il-laqgħa tal-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, wara l-Quddiesa tas-6.30pm. Jitkellem Peter Darmanin “Aħna ilkoll […]

IS-SITT HADD TAS-SENA – IL-HADD 5 TA’ MEJJU, 2024

by Administrator

1. It-Tlieta 7 ta` Mejju, il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Jitkellem P. Julian Sammut O.F.M. 2. L-Erbgħa 8 ta` Mejju, l-Festa tal-Madonna ta` Pompej. Fil-11.0am ir-Rużarju, fil-11.30am il-Quddiesa u nitolbu s-Supplika tal-Madonna. Filgħaxija jsir il-Pellegrinaġġ Nazzjonali f’Marsaxlokk. 3. Il-Ħamis 9 ta` Mejju, il-Kummissarju tal-Art Imqaddsa, P. Francesco Parton jmexxi ċelebrazzjoni tat-800 Sena mill-Għoti tal-Pjagi […]

IL-HAMES HADD TAL-GHID – IL-HADD, 28 TA’ APRIL, 2024

by Administrator

1. Ħassejna l-bżonn li nfakkrukom fl-importanza tas-Sagrament tal-Qrar, għax huwa mezz kif niksbu l-maħfra, l-faraġ u s-serħan fit-tiġrib tal-ħajja. Qabel kull Quddiesa aħna s-Saċerdoti nkunu disposti għall-Qrar wara l-Artal. 2. It-Tlieta 30 t’April, fil-Quddiesa tas-6.30pm se ssir il-Vestizzjoni ta` 15-il membru ġdid fl-Ordni Franġiskan Sekular. Wara jiltaqgħu għal Riċeviment ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 3. It-Tlieta wkoll […]

IR-RABA’ HADD TAL-GHID – IL-HADD, 21 TA’ APRIL, 2024

by Administrator

1. It-Tlieta 23 ta` April, il-Franġiskani Sekulari jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Peter Darmanin jitkellem dwar “ Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom”. Kulħadd jista` jattendi. 2. Il-Ħamis 25 ta` April, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa tas-6.30pm issir il-Lectio Divina. 3. Il-Ġimgħa 26 ta` April, se ssir Ikla b’risq il-Festa […]

IT-TIELED HADD TAL-GHID – IL-HADD, 14 TA’ APRIL, 2024

by Administrator

1. Laqgħa mportanti għall-ġenituri tat-tfal li ser jersqu għall-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej, għada t-Tnejn 15 ta` April fis-6.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Il-ġenituri kollha mistennija jattendu, jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal waqt il-laqgħa. Nfakkru sabiex min għad għandu l-Karus ta` Mħabba b’risq Dar Bjorn, iġibu miegħu u jgħaddieh lill-Katekista. 2. It-Tnejn ukoll fis-7.00pm issir […]

IT-TIENI HADD TAL-GHID – IL-HADD, 7 TA’ APRIL, 2024

by Administrator

1. Illum il-Festa tal-Ħniena Divina, fil-5.30pm se jiġi espost Ġesu` Sagramentat għall- Adorazzjoni sal-Quddiesa tas-6.30pm. 2. It-Tnejn 8 ta` April, fid-9.30am issir il-laqgħa tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Fil-5.00pm jerġgħu jiftħu l-klassijiet tal-Katekiżmu. Nfakkru sabiex min għad għandu l-Karus ta` Mħabba b’risq Dar Bjorn, iġibu miegħu u jgħaddieh lill-Katekista. Niġbed l-attenzjoni tal-ġenituri biex iħossu d-dmir […]

IL-GHID IL-KBIR – IL-HADD, 31 TA’ MARZU, 2024

by Administrator

1. Il-Fraternita` Franġiskana tixtieq trodd ħajr lil dawk kollha li kienu involuti fit-tfassil u fit-tħejjijiet għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Anke lilkom li bil-presenza u bil-koperazzjoni tal-Komunita` Parrokkjali kollha, flimkien stajna nirċievu l-faraġ u s-sliem tal- Mulej Rebbieħ. L-Għid it-Tajjeb lilkom u lill-familji kollha tal-Parroċċa. 2. It-Tlieta 2 ta` April, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus […]