Illum, il-Ħadd, 6 ta’ Diċembru, 17-il żagħżugħ u żagħżugħa, se jirċievu l-Ġriżma tal-Isqof minn Mons. Arċisqof, Charles Scicluna, fil-quddiesa tad-9.15 am. Nitolbu għalihom u nawgurawlhom. Wara se jkun hemm quddiesa fil-11.30 am.
It-Tnejn, 7 ta’ Diċembru, fis-7.30 pm, il-Banda Sliema se ttella kunċert tal-Milied bis-sehem ta’ solisti fil-knisja parrokkjali. Kulhadd huwa mistieden.
It-Tlieta, 8 ta’ Diċembru, Festa tal-Kunċizzjoni u l-Bidu tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena. Il-quddies ikun bħal ta’ kuljum. Dakinhar nitolbu u nifirħu lil Mons. Anton Portelli, li se jibda s-servizz tiegħu ta’ Kappillan ta’ Stella Maris.
It-Tlieta: Fid-8.45 am, l-O.F.S. se jorganizza nofs ta’ nhar irtir ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Fil-5.30 p.m., Mons. Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa , fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, għall-koppji li żżewġu fl-2015.
Is-Sibt, 12 ta’ Diċembru, Se nżuru l-presepju ħaj ta’ Għajnsielem. Booking mingħand Mrs. Rita Mifsud.
Nhar il-Ħadd li ġej, 13 ta’ Diċembru, 2015, se jinfetaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina minn Mons. Arċisqof. Niltaqgħu fil-5.30 pm ħdejn il-Knisja ta’ S. Mark.
0 Comments