Illum fil-Quddiesa tad-9.15am 10 żgħażagħ se jirċievu s-sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof mingħand il-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi. Nitolbu għalihom u nawgurawlhom.
Il-Quddiesa tal-11.00 am se jsir fil-11.15am. Fl-4.00pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.
It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis : Fil-Quddiesa tas-6.00pm se jintalab l-Għasar u jsir ħsieb Marjan.
It-Tlieta: Fis-6.30 pm inkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq Santa Marija. Helpers tal-Parroċċa, xi jiem qabel, qed jiġu għandkom biex tgħamlu l-appuntament.
Il-Ħamis : Solennita tal-Kunċizzjoni. Il-Quddies jkun bħal ta’ fost il-ġimgħa.
Nhar it-12 tax-xahar il-Fratellanza tas-Sagrament se torganizza għal kulħadd irtir bejn l-4.30pm u s-6.45pm għand is-Sorijiet Franġiskanai. Se jmexxi l-irtir id-Djaknu Clive Camilleri O.F.M.
……………………………
Attivitajiet tal-festa
Din il-ġimgħa jibda jitqassam l-kalendarju fid-djar u jinġabar l-envelop bid-donazzjoni. Min ma nsibuhx d-dar napprezzaw li jġib l-envelop u jitfgħu fil-qfief tal-ġbir jew jagħdih lil wieħed mill-patrijiet. Nhar il-Ħamis,is- Sibt u l-Ħadd ser jsir l-bejgħ tal-ponsietta minn fuq iz-zuntier tal- knisja waqt l-ħinijiet tal-quddiesa. Min jkun jixtieq jixtri waħda biex nżejnu l-knisja jista’ jgħamel dan.
Nhar it-13 ta’ Diċembru fl-10.00am ser jsir Christmas Bingo Breakfast ġewwa s-sala tal-Każin. Prezz €12, li jinkludi kollox. Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru ser jsir Christmas Party tat-tfal ġewwa s-sala tal-Każin bejn l-4.00pm u 6.00pm. Booking mingħand Brian Vigar u mill-bar tal-Każin. Prezz €10, li jinkludi l-ikel u l-entertainment kif wkoll rigali għal kulħadd. Ġenitur wieħed jista jakkumpanja lit-tfal.
……………………………
Julian Cini u Violet Cilia twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments