Illum nibdew Sena Liturġika ġdida bi żmien tal-Avvent.
It-Tlieta: Fis-6.30pm inkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq S. Ġuzepp. Helpers tal-Parroċċa, xi jiem qabel, qed jiġu għandkom biex tgħamlu l-appuntament.
Il-Ħamis : Fil-5.00pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina u fis-6.30pm Lectio Divina.
Il-Ġimgħa : L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6.30pm Adorazzjoni, li fiha se nitolbu għaż-żgħażagħ li se jirċievu l-Ġriżma tal-Isqof u wara l-prova tal-istess sagrament.
—————————————
Nhar il-Ħadd li ġej 4 ta’ Diċembru fil-Quddiesa tad-9.15am 10 żgħażagħ se jirċievu s-sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof mingħand il-Vigarju Generali Mons. Joe Galea Curmi. Il-Quddiesa tal-11.00am jsir fil-11.15am.
—————————————
Matul dan l-Avvent qed nitolbu flimkien is-Salmi – is-Sibt fis-6.00pm u l-Ħadd fis-7.40am.
Fuq iz-zuntier qed ssir lotterija b’risq l-Abbatini tagħna.
—————————————
Attivitajiet tal-festa
Fis-sagristija hemm l-envelops tal-ġbir tal-arbural tal-Kalendarju 2017 sabiex il-helpers jqassmuhom fit-toroq rispettivi tagħhom matul din il-ġimgħa. Mbgħad mit-3 ta’ Diċembru jibda jitqassam il-kalendarju fid-djar u jinġabar l-envelop bid-donazzjonijiet. Ħareġ wkoll id-Djarju 2017 għal prezz ta’ €6.
Nfakkrukom wkoll fil-ħarġa għal Għawdex, fejn se nżuru l-presepju haj ta’ Għajnsielem fost l-oħrajn, għax baqa’ l-aħħar ftit postijiet.
0 Comments