Fr Alex Borg OFMNagħtu merħba lil Patri Stephen Sciberras O.F.M., li naqgħad mall-fraternita tagħna. Huwa se jkun responsabbli mid-Dar tal-Irtiri ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
…………………………….

It-Tnejn: Il-Fratellanza tas-Sagrament se torganizza irtir għal kulħadd bejn l-4.30pm u s-6.45pm għand is-Sorijiet Franġiskani. Mhux se jkun hemm Quddiesa. Se jmexxi l-irtir id-Djaknu Patri Clive Camilleri O.F.M.

L-Erbgħa : Wara l-Quddiesa tas-6.00pm se jitbierek il-presepju l-ġdid tal-knisja.

Il-Ħamis : Tibda n-Novena tal-Milied. Fil-5.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali għat-Tfal u l-Ġenituri. Imbagħad għal kulħadd fil-Knisja – fil-5.30pm Rużarju, Għasar u Quddiesa bi ħsieb.

Il-Ħadd li ġej (18) wara l-Quddiesa tad-9.30 am, il-Parroċċa se torganizza purċissjoni tal-Bambin madwar it-toroq tal-Parroċċa. Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard. It-tfal kollha li jattendu se jingħatalhom rigal sabih.
…………………………….

Id-Djakonija Tfal tfakkar fil-ħarġa għal Għawdex (13) u l-Party tat-tfal (17). Booking sal-lum.
…………………………….

Navżaw lill-Ġenituri kollha li għandna bżonn inkunu nafu l-ismijiet tat-tfal li se jiehdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied. Għalhekk kemm jista` jkun din il-ġimgħa kellmu lil Katekisti. Il-provi se jsiru s-Sibt 17 u s-Sibt 24, wara l-quddiesa tad-9.00am. Inħeġġukom biex tħeġġu lit-tfal jiehdu sehem f’dawn l-attivitajiet, li żgur se tkun esperjenza li jibqgħu jiftakruha.
…………………………….
2
Nhar is-Sibt u l-Ħadd, 17 u 18 ta’ Dicembru rispettivament, il-FONDAZZJONI: Manutenzjoni Knisja/Kunvent, Sacro Cour, se ttella lotterija, fuq iz-zuntier, ta’ kwadru pittura taċ-Chadwick Lakes moghti mis-Sur John Sare` b’risq il-Fondazzjoni. Nirringrazzjaw lis-sur Sare ta’ din l-għotja.
…………………………….

Il-ġabra speċjali laħqet is-somma ta’ €651.12. Grazzi ħafna.
…………………………….

Attivitajiet tal-festa

poinsettiaFuq iz-zuntier qed jsir il-bejgħ tal-ponsietta. Min jixtieq jixtri waħda għal-knisja biex narmaw, jista’ jgħamel dan.

It-tqassim tal-kalendarji kważi lest. Min ma jkunx id-dar napprezzaw jekk jagħti l-envelop lil xi hadd mill-patrijiet jew jitfgħu fil-qoffina tal-ġbir.

Il-Tlieta fl-10.00am se jsir bingo breakfast fil-Każin. Iż-żagħażagħ tal-Każin se jorġanizzaw l-Ħadd u t-Tlieta bejgħ ta’ ħelu tal-Milied u affarijiet oħra.