Fr Alex Borg OFM
Il-Fraternita Franġiskana tawgura lil kulħadd is-SENA T-TAJBA 2017, mimlija Paċi u Ġid.
………………………………..

Ilum qed niċċelebraw s-Solennita ta’ Marija Omm Alla u JUM IL-PAĊI.

Nitolbu b’mod speċjali għal ħutna nsara tas-Sirja.

It-Tlieta : Fis-6.30pm ikomplu l-laqgħat tal-O.F.S.

Il-Ħamis: Fil-5.00pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina. Fis-6.30pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa: L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-7.00pm il-Banda Sliema se jtella’ l-Kunċert tal-Milied. Kulħadd huwa mistieden.

Is-Sibt: Mons. Arcisqof fil-5.30pm se jqaddes Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għal dawk li żżewġu fl-2016.

Il-Ħadd li ġej nagħmlu l-ġabra tal-Istrina b’risq il-knisja tagħna.
………………………………..

Il-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa se jorganizza kors bibliku qasir, li se jibda fit-12 tax-xahar. Min hu interessat jista’ jiġbor formola minn ħdejn il-bieb tal-knisja.
………………………………..
goodbyelinneav2
Roger Attard twieled għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
………………………………..

Għall-aktar tagħrif ara l-website tal-Parroċċa: www.sacrocuorsliema.com

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA 1 – 1 – 2017