Tlugħ fis-Sema tal-Mulej 2020
1. Il-Ħdud : Quddies – 8.00am + 11.00am + 6.30pm.
2. L-Erbgħa 27 ta’ Mejju : Huwa t-3 Erbgħa f’Ġieħ is-Sultana tal-Qalb ta’ Ġesu’.
8.15 am – Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. 8.30 am – Quddiesa. 11.30 am – Rużarju.
5.30 pm –Novena Perpetwa. 6.00 pm – Quddiesa, Antifona u Barka Ewkaristija.
3. Il-Ħamis 28 ta’ Mejju : 5.30pm Adorazzjoni + 6.00pm Quddiesa b’Omelija.
4. Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju : Festa Titulari. 5.30pm Novena. 6.00pm Quddiesa
mmexxiha minn Mons George Bugeja, Isqof ta’ Tripoli, il-Libya. Wara ssir il-
Konsagrazzjoni tal-Parroċċa lis-Sultana Tagħna u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
5. Il-Ħadd 31 ta’ Mejju : Pentecoste / Għid il-Ħamsin.
Wara l-Quddiesa tas-6.30pm Jintefa’ l-Blandun tal-Għid.
6. Direttivi Ġodda dwar il-Festi Titulari u Sekondarji :
( Mill-Isqof Awżiljarju Mons Joseph Galea-Curmi ).
Il-Festi għandhom jiġu ċċelebrati bil-Quddiesa fil-Jum Liturġiku tagħhom biss.
Mhux permess li jsiru quddies tal-Festa jew ċelebrazzjonijiet oħra fi ġranet
oħra li m’humiex il-Jum Liturġiku.
Fil-Festa Liturġika, il-Vara tista’ tinħareġ minn Niċċa u titqiegħed fil-Knisja,
mhux fejn il-bieb ta’ barra prinċipali jew bieb ieħor li jagħti għal barra.
7. Direttivi Ġodda dwar il-Funerali : L-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna flimkien
mall-Isqifijiet iltaqgħu mall-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jinkoraġġixxu li jsiru l-
Funerali Presente Cadavere fil-Knisja.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa aċċettaw bil-kundizzjoni li l-Knejjes irid ikollhom
minimu ta’ 500 metru kwadru u dan ikopri 20 persuna biss preżenti.
Il-Knisja Parrokkjali tas-Sacro Cuor ġiet aċċettata biex fiha jsiru l-Funerali.
Fr Paul Attard OFM
Kappillan
Mob: 7953 7719.
NB. Nibdew nispjegaw il-Kundizzjonijiet li ġejna mitluba nsegwu.
Segwi Live Streaming mis-Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor fuq:
www.skylinewebcams.com/en/webcam/malta/malta/sliema/sacro-cuor-parish-church.html
0 Comments