Illum (il-Ħadd) Ħadd il-Palm u Jum l-Art Imqaddsa. Fid-9.15 am ninġabru lkoll ħdejn il-Kappella tal-Adorazzjoni, fejn jkollna t-tberik taż-żebbuġ u l-purċissjoni. Il-talb u l-ġabra se jkunu għal Missjoni Franġiskana tal-Art Imqaddsa.

Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn : Fil-Quddiesa tas-6.30 pm se jsir il-ħasil tar-riġlejn tat-tfal. Wara se tingħata tifkira lit-tfal kollha. It-tfal u l-ġenituri huma mistiedna biex jattendu.

It-Tlieta: Fis-6.30pm Quddiesa u wara pelleġrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur fit-toroq tal-Parroċċa.

L-Erbgħa : Fis-6.00pm Quddiesa bis-Sagrament tal-Qrar. Fis-7.30pm kunċert ta’ marċi funebri minn bandisti voluntarji b’risq l-ALS Foundation.

Filgħodu naqgħdu magħna fit-talb tal-Uffiċċju tal-Qari u fit-Tifħir tas-Sbieħ il-Jum. Waqt il-funzjonijiet mqaddsa ma jssirx Qrar, għalhekk aħsbu minn qabel.

Il-Ħamis : Jum l-Ewkaristija u s-Saċerdozju Fis-6.30pm Quddiesa u wara jibdew l-Viżti. Fl-10.00pm Adorazzjoni Solenni. Il-knisja tibqa’ miftuħa sa nofs il-lejl.

Il-Ġimgħa : Jum ta’ Sawm u Astinenza. Fis-2.30pm Via Sagra animata mit-tfal. Fit-3.00pm tibda l-funzjoni tas-Salib.

Is-Sibt : Mis-6.00pm sas-7.00pm Qrar. Fit-8.00pm tibda l-funzjoni tal-Vġili tal-Għid.
………………………………..
Għal aktar tagħrif araw n-noticeboards tal-knisja jew żuru l-webpage tal-Parroċċa.
………………………………..

Ħdejn il-pulptu, hemm kaxxa biex tifgħu l-offerta tagħkom għall-bżonnijiet tan-nies batuti.
………………………………..

Matul il-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza, inġabret is-somma sabiħa ta’ €2,021, għad-Dar tal-Providenza.
………………………………..

Attivitajiet tal-festa

Illum fuq iz-zuntier ser jkun hemm il-bejgħ tal-qagħqaq tal-Appostli u l-figolli homemade. Illum ukoll fl-4.00pm ser jkun hemm high tea ġewwa l-Każin, prezz €12 li jinkludi kollox. Il-qliegħ jmur b’risq ir-restawr tal-ventartali. Nhar il-Ħamis ix-Xirka se jsir il-mixgħela tat-triq bil-fjakkoli. Min jixtieq jgħati xi donazzjoni biex jinxtraw dawn il-fjakkoli jista jkellem lil Brian Vigar fuq iz-zuntier. Infakkrukhom biex jżuru l-wirja, li qed ssir fil-Każin u li fiha xogħol sabih ta’ ganutell. Il-ħinijiet jidhru fin-noticeboard.