Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn : Bejn il-5.00 u s-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, qed ssir ir-registrazzjoni għall-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza. Tħallux għall-aħħar !!!!.

L-Erbgħa : Ras ir-Randan. Jum ta’ Sawm u Astinenza. F’kull Quddiesa jsir it-tqegħid tal-irmied. Fil-5.30pm Via Sagra u wara Quddiesa.

Il-Ħamis : Fil-5.00pm Adorazzjoni f’ ġieħ il-Ħniena Divina u fis-6.30pm Lectio Divina. Fil-5.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali t-tfal u l-ġenituri se jkollhom Quddiesa speċjali, li fiha se
jingħatalhom il-Kalendarju tar-Randan.

Il-Ġimgħa : L-ewwel ġimgħa tax-xahar. Fis-6.20pm Adorazzjoni Komunitarja.

Is-Sibt : L-Unita 10 se torganizza irtir tar-Randan, inkluż Quddiesa, għall-operaturi pastorali tal-parroċċi tagħna. Fis-sagristija qiegħed ssir il-booking. It-tluq ikun minn fejn is-Savoy bus stop fid-8.45am.

Fis-6.00 pm nitolbu l-Għasar. Imbgħad fit-8.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali se ssir pasta night b’risq l-abbatini tagħna. Il-prezz ta’ €10, jinkludi żewġ tipi ta’ għaġin, deżerta u soft drinks. Booking mingħand Fr Clive Camilleri O.F.M. u Brian Vigar.

……………………………………

Il-Każin tal-Banda Sliema se jorganizza Maratona tas-Snooker b'risq id-Dar tal-Providenza bejn il-Ġimgha 31 ta' Marzu u l-Ħadd 2 t' April. Kull min huwa interessat li jiehu sehem għandu jagħti ismu u d-dettalji tiegħu lis-Sur Jesmond Vella, President tal-Każin, fuq numri 21317137 jew 99443460.
……………………………………

Attivitajiet tal-festa

Nhar l-Ħadd 5 ta’ Marzu ser jsir High tea ġewwa l-Każin fl-4.00pm, prezz €12, li jinkludi kollox. It-tombla ta’ kull nhar t’ Erbgha ssir bħas-soltu. Nfakkrukom li l-qliegħ minn dawn l-bingo qed imur biex jiġu rrestawrati l-ventartali li jintramaw fil-festa. Qegħdin jinġabru l- affarijiet għal-bazaar, li ser jsir fl-aħħar ta’ Marzu.
……………………………………

CandleSaver Grech twieled għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.