Nirringrazzjaw minn qalbna lil dawk kollha li organizzaw u li ħadu sehem fil-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza li għamilna l-Ħadd li għadda.
……………………………………
Illum (il-Ħadd) fis-7.15pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.
It-Tnejn : Wara l-Quddiesa tas-6.30pm jibda l-aħħar kors ta’ Eżerċzzi. Il-predikatur se jkun P. Christopher Farrugia O.F.M.
Il-Ħamis: Fil-5.30pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina.
Il-Ġimgħa : L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Niċċelebraw l-festa tad-Duluri. Fil-5.00pm se tinfetaħ il-wirja dwar il-Passjoni fil-Każin tal-Banda. Fis-6.00 pm ikollna l-Quddiesa u fis-7.00pm tibda ħierġa l-purċissjoni li se tgħaddi minn dawn it-toroq : Triq S. Trofimu, Triq S. Ġwann il-Battista,Triq Rudolfu,Triq S.Marija u Triq S.Trofimu. Inħeġġu lir-residenti biex jiddawlu l-gallerji. Wara jkun hawn Quddiesa oħra.
Is-Sibt : Wara l-Quddiesa tas-6.30pm it-tfal tal-parroċċa se jippreżentaw ġrajjiet tal-passjoni madwar it-toroq tal-Knisja. Il-preżenza tagħkom tkun ukoll t’ inkuraġġiment għal dawn it-tfal.
Il-Ħadd li ġej Ħadd il-Palm u Jum l-Art Imqaddsa. Fid-9.15am ninġabru lkoll ħdejn il-Kappella tal-Adorazzjoni, fejn jkollna t-tberik taż-żebbuġ u l-purċissjoni. Il-talb u l-ġabra se jkunu għal Missjoni Franġiskana tal-Art Imqaddsa.
……………………………………
Attivitajiet tal-festa
Illum bejn 8.00am u t-8.00pm qed jsir il-bazaar ġewwa l-Każin tal-Banda. Jsibu ħafna affarijiet għal bejgħ bi prezzijiet irħas. Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġejjien, waqt l-ħinijiet tal-quddies, fuq iz-zuntier ser jkun hemm il-bejgħ tal-qagħqaq tal-Appostli u l-figolli. Il-Ħadd li ġej fl-4.00pm ser jkun hemm high tea ġewwa l-Każin, prezz €12 li jinkludi kollox. Il-qliegħ jmur b’risq ir-restawr tal-ventartali. Min għandu xi xogħol tal-ganutell jista jġibu matul din il-ġimgħa ġewwa l-Każin bejn il-5.00pm u t-8.00pm
0 Comments