Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn : Fid-9.30am, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, se ssir il-laqgħa tal-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament. Bejn il-5.00 u s-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali wkoll, se ssir ir-registrazzjoni għall-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza. Tħallux għall-aħħar.

Il-Ħamis : Il-Kummissjoni Parrokkjali Anzjani se torganizza ħarġa ta’ nofs ta’ nhar. Il-quddiesa se ssir fil-Knisja tagħna tar-Rabat. Tluq fit-8.30am mis-Savoy bus-stop. Fil-5.00pm Adorazzjoni u fis-6.30pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa : L-Unita 10 se torganizza mixja penitenzjali : Fis-6.30pm tluq mill-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris sa’ dik tan-Nazzarenu, fejn se jkun hemm Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi.

Nhar it-23 tax-xahar se norganizzaw pellegrinaġġ għal Kurċifiss mirakuluż tal-knisja tagħna tal-Belt. Tluq fl-9.45am mis-Savoy Bus Stop. Se nagħmlu l-Via Sagra u fl-11.00am jkollna l-Quddiesa. Biljetti jinkisbu mingħand Simiana’s jew Simler’s Confectionery.
………………………………..

Il-ġabra speċjali laħqet is-somma ta’ €604.73. Grazzi ħafna.
………………………………..

Dawk il-persuni li jafu, bxi parruċċan li bħalissa qiegħed jgħix f’xi dar tal-anzjani, huma mitluba biex javżaw b’dan fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tiegħu.
………………………………..

Attivitajiet tal-festa

Fuq iz-zuntier qed issir lotterija b’risq il-festa.

Qegħdin jinġabru l-affarijiet għal bazaar, li ser jsir fl-aħħar tax-xahar. Min għandu xi affarijiet jista jċempel fuq in-numru tat-telephone li hemm fuq in-notice board.

Il-bookshop parrokkjali bħalissa jinsab miftuħ.