ABBATINI PARROCCA
Għeżież ġenituri,
Qiegħed nibgħatilkom is-servizzi liturġiċi li għandhom l-abbatini f’dawn il-ġranet li ġejjin.
Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ April 2017 Jum id-Duluri ta’ Marija Santissima. L-abbatini għandhom ikunu l-knisja fis-sebgħa neqsin kwart.
Nhar il-Ħadd 9 ta’ April 2017 jaħbat Ħadd il-Palm u għalhekk l-abbatini għandhom ikunu il-knisja fid-disgħa u għaxra.
Nhar it-Tnejn 10 ta’ April 2017 niltaqgħu flimkien fis-sitta u għaxra għall-quddiesa ta’ l-Aħħar Ċena.
Nhar it-Tlieta 11 ta’ April 2017 niltaqgħu il-knisja fis-sebgħa neqsin kwart għall-Pellegrinaġġ bir-Redentur.
Dawn huma ġranet għeżież ħafna u hu xieraq li l-abbatini kollha jattendu.
Ma nħallux attivitajiet oħra jaljenawna.
Il-ġimgħa d-dieħla nagħtikom lista oħra ta’ servizzi li għandna fit-tlett ijiem imqaddsa tal- Ħamis, il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd.
Grazzi u Tislijiet
Tony Terribile
3 ta’ April 2017
0 Comments