BIEX WIEĦED JIRREĠISTRA GĦALL-MARATONA TA’ TALB, SAWM U PENITENZA, LI SER ISSIR NHAR IL-ĦADD, 13 TA’ MARZU FIĊ-ĊENTRU PARROKKJALI MID-9 TA’ FILGĦODU SAS-6 TA’ FILGĦAXIJA, JISTA’ JIDĦOL FIS-SAGRISTIJA KULJUM WARA L-QUDDIESA TA’ FILGĦAXIJA JEW FL-UFFIĊĊJU TAL-KAPPILLAN FIL-ĠRANET TAL-FTUĦ.

MIN MHUX SER JIEĦU SEHEM FIL-MARATONA, JISTA’ XORTA WAĦDA JAGĦTI DONAZZJONI LID-DAR TAL-PROVIDENZA BILLI JISPONSORJA LILL-GWARDJAN JEW LILL-KAPPILLAN GĦAX IT-TNEJN LI HUMA SER JAGĦMLU L-MARATONA.

TA’ MIN IFAKKAR LI DAKINHAR IĊ-ĊENTRU PARROKKJALI SER JIFTAĦ FIT-8.30 TA’ FILGĦODU U L-QUDDIESA TAL-ĦADD SER TKUN INKLUŻA F’DIN L-ATTIVITÀ.

WIEĦED JISTA’ WKOLL JITFA’ D-DONAZZJONI TIEGĦU FIL-KAXXA LI TINSAB TAĦT IN-NOTICE BOARD FL-ARTAL TAL-QALB TA’ ĠESÙ. FUQ L-ENVELOP BL-OFFERTA TAGĦKOM IKTBU L-KELMA ‘MARATONA.’ GRAZZI.