Posts by Administrator

2130 of 1376 items

IT-TNEJN U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-31 TA AWWISSU, 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 1 ta` Settembru, tibda r-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu 2025/2026 bejn il-5.00pm u s-7.00pm. Ir-Reġistrazzjoni tkompli l-Ħadd 7 u l-Ħadd 14 ta` Settembru mill-10.15am sa 12.00pm. Inħeġġu l-ġenituri/gwardjani biex jaqdu dan id-dmir lejn it-tfal tagħhom. Aktar dettalji dwar il-katekiżmu, fin-Notice Boards tal-Knisja. 2. Il-Ħamis 4 ta` Settembru, bħal kull Ġimgħa jkun hawn l-Adorazzjoni fis-6.00pm. 3. […]

IL-WIEHED U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD 24 TA’ AWWISSU, 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 25 t’Awwissu, fis-7.00am nitilqu għal Għawdex mis-Savoy Bus Stop. Illum l-aħħar ċans biex tibbukkjaw. Donazzjoni ta` €30, kollox inkluż minbarra l-vapur. 2. Il-Ħamis 28 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni. 3. Sal-Ħadd 31 t’Awwissu, min jixtieq jista` joffri d-donazzjoni b’risq il-familja li kellha l-inċident tal-ħruq tad-dar tagħhom fi Triq Rudolfu. Avviċinaw lill-Kappillan jew lil […]

L-GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 17 TA’ AWWISSU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħamis 21 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni. 2. Il-Ġimgħa 22 t’Awwissu, Bingo Night b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju, fis-7.00pm, fiċ-Ċentru Sant` Antnin. Donazzjoni ta` €20 li tinkludi l-ikel, xorb u t-tombla. 3. It-Tnejn 25 t’Awwissu, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop. Għadkom tistgħu tibbukkjaw mingħand Margaret Cini. Donazzjoni ta` €30, kollox inkluż minbarra l-vapur. […]

ID-DSATAX IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 10 TA AWWISSU, 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 11 t’Awwissu, niċċelebraw il-Festa ta` Santa Klara t’Assisi, il-persuna li ssieħbet ma` San Franġisk biex bil-kariżma tat-talb fil-klawsura, ikunu ta` tama u faraġ għas-soċjeta`. Nitolbu għas-Sorijiet ta` Santa Klara li jgħixu fil-Monasteru f’San Ġiljan, biex jipperseveraw fil-missjoni tagħhom ta` talb u biex ikollhom aktar vokazzjonijiet. 2. Il-Ħamis 14 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni. […]

IT-TMINTAX IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 3 TA’ AWWISSU, 2025

by Administrator

1. Illum il-Ħadd, 3 t`Awwissu, fil-Quddiesa tad-9.30am, 3 itfal ta` ġenituri parruċċani tagħna li jgħixu barra minn Malta, se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa. Inżommuhom fit-talb tagħna u nawgurawlhom. 2. Il-Ħamis 7 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni. 3. Bħala Kommunita` Parrokkjali ningħaqdu mal-Provinċja Franġiskana, fit-talb u xewqat ta` saħħa, għal aktar ħidma favur il-paċi u l-immarġinati […]

IS-SBATAX IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 27 TA’ LULJU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħamis 31 ta` Lulju fis-6.30pm ikun hawn l-Adorazzjoni. 2. Il-Ġimgħa l-1 t’Awwissi, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, il- Patrijiet iżuru u jqarbnu l-anzjani u l-morda fid-djar tagħhom. 3. Mill-Ġimgħa 1 t’Awwissu, filgħaxija, sas-Sibt 2 t’Awwissu, niċċelebraw mal-Ordni Franġiskan, il-Festa tal-Maħfra tal-Porzjunkola, f’Jum id-dedikazzjoni tal-Bażilika u Santwarju ta` Santa Marija, Sultana tal-Anġli, f’Assisi. Fil-Quddies nitolbu l-Grazzja tal-Indulġenza […]

FESTA TAS-SULTANA TAGHNA TAL-QALB TA’ GESU – IL-HADD,6 TA’ LULJU, 2025

by Administrator

1. Illum il-qofol tal-Festa tas-Sultana Tagħna. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor offrew l-għajnuna, ħadu sehem u kienu presenti għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa fis-Santwarju w fit-triqat, infakkru li fit-8.30am ikun hawn il-Pontifikal mill-E.T. Mons. Sandro Overend Rigillo O.F.M. bil-Paniġierku minn Mons. Pawlu Vella. Quddies ieħor jsir fis-7.00am; fil-11.00am u fis-6.00pm. Inħeġġukom tingħaqdu […]

FESTA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL – IL-HADD, 29 TA’ GUNJU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħadd 29 ta` Ġunju, Festa Tfal, fid-9.00am il-Quddiesa għat-tfal, fl-10.00am Manifestazzjoni bl- Istatwa tal-Madonna bis-sehem tal-Banda Sliema u fil-11.00am inkomplu b’logħob u ikel fit-triq tal-Knisja. 2. It-Tnejn 30 ta` Ġunju, inqiegħdu l-Ġublew tat-Tama taħt il-Ħarsien tal-Madonna, f’mument kritiku għall-Paċi fid-dinja . Il-Quddiesa tas-6.30pm, issir quddiem l-Istatwa Inkurunata minn P.Mark Ciantar O.F.M. . Se jkunu […]

FESTA TA’ CORPUS CHRISTI – IL-HADD, 22 TA’ GUNJU, 2025

by Administrator

1. L-Erbgħa 25 ta` Ġunju, niċċelebraw l-Aħħar Erbgħa ta` Tħejjija għall-Festa tal-Madonna. Fis-6.00pm nitolbu n-Novena u fis-6.30pm il-Quddiesa bil-priedka min P.Frank Cini M.S.S.P.. Mistiedna l-membri tal-Kummissjoni Festi u tas-Soċjeta` Filarmonika Sliema. 2. Il-Ġimgħa 27 ta` Ġunju, Is-Solennita` tal-Qalb Imqaddsa ta` Ġesu`. Fil-5.00pm ikun espost Ġesu` Sagramentat. Fis-6.00pm nitolbu l-Għasar u wara l-Quddiesa tas-6.30pm, il-Purċissjoni bis-Sagrament […]

GHID IL-HAMSIN- IL-HADD, 8 TA’ GUNJU, 2025

by Administrator

1. It-Tlieta 10 ta` Ġunju, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn P. Julian Sammut O.F.M. fis-7.00pm, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd mistieden. 2. L-Erbgħa 11 ta` Ġunju, l-Ħames Erbgħa ta` Tħejjija għall-Festa tal-Madonna. Mistiedna l-familji li joqgħodu fit-Toroq: San Ġwann Battista; Ellul Mercer; Emilio Lombardi; Sant’Agata u Madonna tas-Sacro cuor. Fis-6.00pm nitolbu n-Novena tal-Madonna u fis-6.30pm il-Quddiesa, jippriedka […]