Posts by Administrator

110 of 1370 items

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ – IL-HADD 4 TA’ JANNA, 2026

by Administrator

1. Il-Ħadd 4 ta` Jannar, f’Jum il-Festa tat-tliet Slaten Maġi, fil-Quddiesa tad-9.30am nassistu għall-wasla tagħhom fil-Knisja, joffru r-rigali lill-Bambin u jsir djalogu bejniethom u t-tfal. Illum fil-Quddiesa tal-11.00am nifirħu ma` Ġużi Risso f’għeluq il-100 Sena tiegħu. Nirringrazzjawh għas-snin ta` servizz li offra lis-Santwarju w lill-Kunvent. Ad multos Annos 2. It-Tnejn 5 ta` Jannar, jerġa` jiftaħ […]

IL-FAMILJA MQADDSA TA’ GESU. MARIJA U GUZEPPI – IL-HADD 28 TA’ DICEMBRU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħadd 28 ta` Diċembru, fi tmiem il-Ġublew tat-Tama, l-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa fis-6.00pm fil-Katidral tad-Djoċesi, l-Imdina. Kulħadd huwa mistieden. 2. Mit-Tnejn 29 sal-Erbgħa 31 ta` Diċembru, Jiem ta`Tifħir u Talb ‘l Alla f’Għeluq is-Sena 2025. Fit-8.30am u fil-5.30pm, nitolbu r-Rużarju quddiem Ġesu` Sagramentat Espost. Ejjew ngħidu GRAZZI ‘l Alla għal Sena oħra ta` ħajja u […]

IR-RABA’ HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 21 TA’ DICEMBRU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħadd 21 ta` Diċembru, wara l-Quddiesa tad-9.30am għat-tfal li fiha jitbierku l-Bambini u l-Presepji, għal ħabta tal-10.30am toħroġ il-Purċissjoni tal-Bambin akkumpanjata bid-daqq tal-Għanjiet tal-Milied mill-Banda Sliema fit-toroq San Trofimu, San Alfons, Sant’ Elena, Manwel Dimech, Rudolfu u San Trofimu. Fl-aħħar tal-Purċissjoni jitqassam il-ħelu lit-tfal. 2. It-Tnejn 22 u t-Tlieta 23 ta` Diċembru, l-aħħar jumejn […]

IT-TIELED HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 21 TA’ DICEMBRU, 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 15 Ta` Diċembru tibda n-Novena tal-Bambin sat-Tlieta 23 ta` Dicembru. Fil-5.30pm nitolbu r-Rużarju Franġiskan meditat, quddiem Ġesu` Sagramentat u l-kant tal-Antifona Alma Redemptoris Mater. Fis-6.00pm il-Quddiesa b’Riflessjoni bi Tħejjija għall-Milied. Appell għas-sehem tagħkom f’dawn il-jiem qaddisa għal Milied Nisrani. 2. It-Tlieta 16 ta` Diċembru, l-O.F.S. jiltaqgħu fis-7.30pm għall-Ikla tal-Milied fil-Każin. 3. Il-Ħamis 18 […]

IT-TIENI HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 7 TA’ DICEMBRU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħadd 7 ta` Diċembru, Il-Kummissjoni Festi qed torganizza bejgħ ta` Ponzjetti tal-Milied b’risq il-Festa. Napprezzaw jekk toffru Ponzjetta biex narmaw is-Santwarju . 2. It-Tnejn 8 ta` Diċembru, l-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, Omm l-Ordni Franġiskan. Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu bħal ta` fost il-ġimgħa. Fid-9.00am issir il-Quddiesa tal-Festa. Fl-10.00am Bingo English Breakfast fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju. Donazzjoni […]

IL-KONSAGRAZZJONI TAL-BAZILIKA TAL-LATERAN – IL-HADD, 9 TA’ NOVEMBRU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħadd 9 ta’ Novembru, f’Jum San Martin fil-Parroċċa, fil-Quddiesa tad-9.30am, it-tfal ikollhom żjara mill-Qaddis u jqassmilhom il-Borża tal-ħelu tradizzjonali li ordnajtu. Fuq iz-zuntier il-Kummissjoni Festi se tbiegħ il-Boroż ta’ San Martin, ikel u ħelu u prodotti ta’ ħaxix u pjanti. 2. It-Tnejn 10 ta’ Novembru, nitilqu għal Għawdex fis-7.00a.m. mis-Savoy Bus Stop. Baqa’ xi […]

L-GHID TAL-IMWIET – 2 TA’ NOVEMBRU, 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 3 ta` Novembru, fl-10.00am Coffee Morning fiċ-Ċentru Sant’Antnin, b’risq is-Santwarju. Donazzjoni €20. Dakinhar ma jkunx hawn lezzjonijiet tal-Katekiżmu, tal-Erbgħa u l-Ħamis isiru bħas-soltu. Matul Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa waqt il-Quddiesa tas-6.00pm nitolbu ghall-mejtin li ktibtu. Għadkom tistgħu tieħdu l-envelope minn ħdejn il-bibien tal-Knisja u tiktbu l-mejtin tagħkom u tirritornawhom fil-kaxxa taħt il-Pulptu. Napprezzaw kull […]

ID-DISA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 19 TA’ OTTUBRU, 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 20 t’Ottubru, fis-7.00pm jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 2. It-Tlieta 21 t’Ottubru, fis-7.00pm jiltaqgħu l-O.F.S. għal-laqgħa minn Peter Darmanin: “Mhux kull min jgħidli Mulej, Mulej”, ħdejn l-Ufiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi. 3. Il-Ħamis 23 t’Ottubru, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina. 4. Il-Ġimgħa 24 t’Ottubru, fis-7.00pm laqgħa mportanti għall-ġenituri u l-parrini […]

FESTA TA’ SAN FRANGISK – IL-HADD, 12 TA’ OTTUBRU, 2025

by Administrator

1. Fil-Parroċċa llum qed niċċelebraw il-Festa ta` San Franġisk, u niġu fit-tmiem tagħha llum il- Ħadd bil-Manifestazzjoni bl-istatwa u bis-sehem tal-Banda Sliema. F’12.00pm isir it-Tberik tal-Annimali fuq iz-zuntier. Nirringrazzjaw lil kull min offra servizz fit-tħejjijiet u waqt iċ-Ċelebrazzjonijiet fis-Santwarju u fit-triqat. Grazzi lil kulħadd u nawgurawlkom PAĊI U ĠID. 2. Matul din il-ġimgħa jibdew il-lezzjonijiet […]

IS-SEBA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – 5 TA’ OTTUBRU, 2025

by Administrator

1. Din il-ġimgħa fil-Parroċċa niċċelebraw lil San Franġisk: It-Tnejn 6 ta’Ottubru, fis-6.30pm il-Quddiesa mill-Kappillan, fil-Bidu tas-Sena Kateketika 2025/2026. IMPORTANTI li t-tfal kollha jkunu preżenti flimkien mal-familji u l-katekisti tagħhom li se jingħataw il-Mandat. Fis-7.30pm, tiġi nnawgurata Wirja ta` xogħolijiet tal-Pittur Ġiużeppi Cali, organizzata minn Heritage Malta. Il-Wirja se ddum għal ħmistax il-ġurnata. 2. It-Tlieta 7 […]