813222-400xNoneIl-Caritas qed tappella biex tingħata attenzjoni lill-anzjani li qed jgħixu waħedhom fil-komunità.

Dwar l-anzjan li nstab mejjet waħdu, il-Caritas tistqarr li wasal iż-żmien li l-awtoritajiet kollha u s-soċjetà ċivili jaħdmu biex isibu soluzzjoni għas-solitudni li hi preżenti fl-anzjani.

Il-Caritas tistqar li skont l-aħħar ċensiment ftit iktar minn 10% tal-popolazzjoni għandhom iktar minn sebgħin sena u għadd kbir minnhom jgħixu weħidhom.

Żiedet tgħid, li skont studju tal-kummissjoni Ewropa jindika li 64 miljun anzjan ibatu mis-solitudni u huma f’riskju akbar ta’ problema ta’ saħħa fiżika u dik mentali.

Għaldaqstant, il-Caritas qalet li l-problema tas-solitduni dehret mill-attività li saret fil-Milied.

Tenniet li filwaqt li tirrikonoxxi l-isforzi ta’ gvernijiet preċedenti u attwali, tistqarr li jrid ikun hemm iżjed impenn minn kulħadd biex tingħeleb il-ġerħa tas-solitudni.