KUMMISSJONI ANZJANI

Ghanijiet tal-Kummissjoni.

Din il-Kummissjoni twaqqfet fl-1979.

PortlandSeniors1Fil-prezent il-Kumitat huwa ffurmat minn dawn il-membri:

Vivienne Mahoney Chairperson, Olga Camilleri Segretarja, Marion Aquilina Kaxxiera. Membri: Bice Cutajar, Lina Cordina, Joan Vella, John Vella, Emma Pisani, Lina Tonna, Mona Gouder

L-Ghan ewlieni ta’ din il-Kummissjoni hu li nghinu lil dawk l-Anzjani, specjalment dawk li jghixu wehedhom, biex ikunu jistghu jissocjalizzaw permezz tal-Attivitajiet li jigu organizzati ghalihom fuq bazi regulari. B’hekk ikunu jistghu jzommu l-personalita taghhom.

L-attivitajiet li jsiru matul is-sena huma dawn:

F’Ottubru nibdew l-attivitajiet b’Irtir ta’ nofs ta’ Nhar. Irtir iehor isir fi zmien ir-Randan.

Social Club: Kull nhar ta’ Erbgha filghodu ssir laqgha Socjali ghall-Anzjani. Din issir fic-Centru Sant’Antnin. Nibdew bi hsieb Spirtwali, imbaghad diskussjoni, Physical Exercises u darba fix-xahar nistiednu Speaker biex jitkellem dwar suggetti li jinteressaw lil-Anzjani. Nispiccaw dejjem billi niehdu kikkra Te jew Kafe u xi gallettini jew ‘Birthday Cake’.

Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li dan il-Grupp ta’ xi 30 persuna saru qieshom familja wahda jahsbu f’xulxin u jghinu ‘l xulxin.

Dan il-Club huwa miftuh ghal kulhadd.

Harga ghall-persuni li jehtiegu l-ghajnuna: Kull tieni tlieta tax-xahar issir harga ta’ nofs ta’ nhar bil-van tal-Assistenza Socjali. Nibdew il-harga bil-quddiesa u wara jkollna breakfast.

Harga bil-coach: Harga ohra ta’ darba fix-xahar, issir bil-coach, fejn kulhadd ikun jista’ jattendi.

Il-Milied u L-Ghid il-Kbir: Norganizzaw Ikla, u fil-Milied norganizzaw ukoll party.

Ghawdex: Appuntament ta’ kull sena huwa l-harga ta’ gurnata ghal Ghawdex.

Jum l-Anzjani: Fil-11 ta’ Frar, Festa tal-Madonna ta’ Lourdes, norganizzaw quddiesa ddedikata ghall-Anzjani tal-parrocca. Fiha jkun amministrat is-Sagrament tal-Grizma tal-Morda.

Festa Titulari: Fil-Festa Titulari norganizzaw Quddiesa ddedikata ‘l Anzjani u wara festin fuq iz-zuntier tal-Knisja.

San Vincenz: Darba fix-xahar inzuru l-anzjani tal-Parrocca li jinsabu fil-Kumpless San Vincenz de Paul.

Caritas: Peress li ahna affiljati mall-Caritas, niehdu sehem fil-hargiet u attivitajiet ohra konnessi mall-Anzjani, organizzati mill-Caritas.

Jiena bhala Chairperson u l-membri l-ohra tal-Kumitat inhossuna sodisfatti hafna ghax naraw apprezzament qawwi min-naha tal-Anzjani. Ta’ dan nirringrazzjawhom.

Nirringrazzjaw ukoll lill-Kappillani li kellna ma’ tul iz-zmien li ilha mwaqqfa l-Kummissjoni ghax dejjem sibna ghajnuna kull meta tlabniha.