1. It-Tnejn 28 ta` Settembru, fis-6.30pm il-Quddiesa għat-tfal mill-Kappillan fil-ftuħ tas-Sena Kateketika. Il- ġenituri mħeġġa jġibu t-tfal u jekk għad hemm min ma rreġistrahomx jista` jagħmel dan għada bejn il-5.00pm u 6.00pm. Il-Katekisti jingħataw ukoll il-Mandat. Napprezzaw u nitolbu għalihom.


2. It-Tlieta 29 ta` Settembru, niċċelebraw il-108 Sena mit-Twaqqif tal-Parroċċa u t-8 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna. Fis-6.00pm in-Novena, fis-6.30pm il-Quddiesa mill-Gwardjan, P.Marcello Micallef O.F.M. flimkien mal-Patrijiet. Stedina speċjali lill-Komunita` Parrokkjali w il-membri tal-għaqdiet biex nikkonsagraw ruħna lis-Sultana Tagħna.3. L-Erbgħa 30 ta` Settembru, Stedina lill-Membri tal-Ordni Franġiskan Sekular biex iġeddu s-Sejħa tagħhom fil-Quddiesa tas-6.30pm minn P.Pawl Gala O.F.M. .

4. Il-Ħamis 1 t’Ottubru, jibda x-Xahar tar-Rużarju. Kuljum f’Ottubru, it-Talba tar-Rużarju qabel il-Quddiesa ta`filgħaxija ssir fil-Presenza ta` Ġesu` Sagramentat Espost fuq l-Artal. Niddedikaw it-talb matul din il-ġimgħagħall-Vokazzjonijiet Franġiskani u bil-Quddiesa tas-6.30pm minn P.Mark Enriquez O.F.M. .

5. Il-Ġimgħa 2 t’Ottubru, Tifkira tat-800 Sena mill-Mewt ta` San Franġisk b’programm Vokali Mużikali mill-Banda Ċittadina Sliema fis-7.30pm fis-Santwarju. Mistieden Speċjali l-Provinċjal P.Ramon Farrugia O.F.M. .
Il-presenza tagħkom hi apprezzata. Wara l-Programm, aħna l-Patrijiet se noffru Riċeviment lil kulħadd fil-Bitħa tal-Każin b’ringrazzjament għal kull ma tagħmlu magħna u fil-Parroċċa.

6. Is-Sibt 3 t’Ottubru, Tifkira tal-Vjaġġ Qaddis għas-Sema ta` San Franġisk. Fis-6.30pm il-Quddiesa tal-Festaminn P. Marcellino Micallef O.F.M. u l-Patrijiet. Jippriedka Dun Peter Paul Sultana.
Fil-Jum u l-ħin eżatt li seħħ 800 Sena ilu niċċelebraw il-Mewt ta` San Franġisk wara l-Quddiesa. Jitqassam lilkulħadd il-Ħelu Tradizzjonali li xtaq il-Qaddis.

7. Il-Ħadd 4 t’Ottubru, Jum il-Festa ta` San Franġisk. Fl-10.30am, Manifestazzjoni bl-Istatwa tal-Qaddis bis-sehem tal-Banda Sliema u jsiru rappresentazzjonijiet b’Messaġġ Franġiskan bis-sehem tat-tfal u l-Preteens fit-toroq San Trofimu, Santa Marija, Rudolfu, San Ġwann Battista u San Trofimu.
F’12.00pm isir it-Tberik tal-Annimali fuq iz-zuntier.

8. Il-Ħadd li ġej, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tal-Koppla. Bħalissa x-xogħol ikkonċentrat fuq barra biex jitlesta minħabba l-maltemp. Grazzi tal-ġenerożita tagħkom.

9. Il-Kunsill Lokali Sliema se jorganizza 10 sessjonijiet ta` tagħrif dwar “Ħajja Aħjar u Għaqal fid-Dar”, b’xejn għalkulħadd. Is-sessjonijiet isiru kull nhar ta` Tlieta bejn 4.00pm u 6.00pm fil-Każin Banda Sliema u se jibdew nharit-Tlieta 6 t’Ottubru. Tistgħu tapplikaw mill-Kunsill Lokali.

10. B’konformita` mal-linji gwida tal-Kurja u tal-Provinċja, minħabba n-nuqqas ta` Patrijiet u tal-attendenza fil-Quddies, se ssir bidla fil-ħinijiet tal-Quddies fil-weekend b’seħħ mis-17 t’Ottubru li ġej.
Fix-Xitwa: mit-tielet weekend t’Ottubru sat-tielet weekend ta` Ġunju, is-Sibt filgħaxija Quddiesa waħda fil-5.30pm u l-Ħadd ssir Quddiesa fis-7.30am minflok dawk tas-7.00am u tat-8.00am u filgħaxija l-Quddiesa tkun fis-6.00pm. Il-ħinijiet tal-Quddies l-ieħor tal-Ħadd mhux se jinbidlu.
Fis-Sajf: mir-raba` weekend ta` Ġunju sat-tieni weekend t’Ottubru, il-Quddiesa tas-Sibt u l-Ħadd filgħaxija jkunu fis-6.30pm. Il-ħinijiet tal-Quddies l-oħra jibqgħu l-istess. Filwaqt li niskużaw ruħna għal xi inkonvenjent, mal-bibien tas-Santwarju hemm posters bid-dettalji kollha u tistgħu tieħdu fuljett minn ħdejn il-bibien bid- dettalji tal-ħinijiet il-ġodda u xi informazzjoni utli dwar il-ħidma fis-Santwarju.

11. Matul din il-ġimgħa għadda għall-Ħajja ta` Dejjem, John Mizzi. Agħtih Mulej il mistrieħ ta` dejjem ………. .

P. Martin Coleiro O.F.M. Kappillan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433