1. It-Tnejn 10 t’Awwissu, il-Ħarġa għal Għawdex.
Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop.
Biljetti mingħand Margaret Cini. Donazzjoni ta` €30.


2. It-Tlieta 11 t’Awwissu, il-Festa ta` Santa Klara t’Assisi.
F’din il-ġurnata filwaqt li napprezzaw il-presenza u l-ħidma tas-Sorijiet Klarissi li
jgħixu fil-Monasteru ta` Santa Klara f’San Ġiljan, nitolbu għalihom u għal aktar vokazzjonijiet.

3. Il-Ħamis 13 t’Awwissu, fis-6.00pm jkun hawn l-Adorazzjoni.
Fis-7.30pm, it-Tombla fiċ-Ċentru Sant` Antnin, b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.

4. Is-Sibt 15 t’Awwissu, il-Festa ta` Santa Marija, u hemm l-obbligu tal-Quddies.
Il-Quddiesa tal-Ġimgħa fil-għaxija tgħodd għall-għada s-Sibt u l-ħinijiet tal-
Quddies tas-Sibt ikun bħal tal-Ħadd.

5. Nawguraw lill-Abbatini Daniel Gatt u George Lungaro Mifsud li ġew magħżula
biex ma Abbatini oħra Maltin se joffru servizz fil-Bażilika tal-Vatikan f’Ruma.
Filwaqt li napprezzaw is-servizz li joffru fil-Parroċċa tagħna, nixtiequlhom esperjenza sabiħa li tgħinnhom għall-ħajja personali tagħhom.

6. Il-Ġabra li saret il-ġimgħa l-oħra b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju kienet
€3,160. Nixtiequ ngħarrfukom li f’dawn il-ġranet saret manutenzjoni fuq is-Switch
Board tal-Knisja, €630 u fuq l-Arloġġ tal-Knisja €990.
Minħabba xi rapporti li waslulna, l-Arloġġ għalissa ma jistax jindaqq sakemm isirlu
apparat biex ma jindaqx matul il-lejl.

Fil-ġimgħat li ġejjin se jinxtara Amplifier ġdid għas-sound, minħabba li dak presenti mhux jiffunzjona fil-kapaċita` kollha tiegħu.
Se tibda wkoll il-Manutenzjoni tal-Gandlieri tar-ramm tal-Altari kollha u se jkunu
mnaddfa darba għal dejjem.
Dan kollu jista` jsir Grazzi għall-ġenerożita` kbira tagħkom.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433