Sultan tal-Ħolqien Kollu
1. Il-Ħadd 23 ta` Novembru, fl-4.00pm, fiċ-Ċentru Sant’ Antnin, Bingo High Tea, b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju. Donazzjoni ta` €20.


2. It-Tnejn 24 ta` Novembru, min ġej iċ-Ċimiterju, niltaqgħu fil-Knisja fit-8.00am għall-Quddiesa u fid-8.45am, nitilqu mis-Savoy Bus Stop.
Wara ċ-Ċimiterju nkomplu bil-Ħarġa għall-Birgu sas-1.00pm.
Għadkom tistgħu tibbukkjaw, donazzjoni €10.
It-Tnejn ukoll, fis-6.30pm jiltaqa` l-Kunsill, Pastorali Parrokkjali.

3. It-Tlieta 25 ta` Novembru, l-O.F.S. jiltaqgħu fis-6.30pm għal-laqgħa ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd mistieden.

4. Il-Ħamis 27 ta` Novembru, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina.

5. Is-Sibt 29 ta` Novembru, nibdew is-Sena Liturġika biż-Żmien Qaddis tal-Avvent li jwassalna għall-Festa tal-Milied.
Infakkru fil-Wirja ta` żmien il-Milied fil-Knisja, għat-tfal u adoloxxenti taħt is-16 il-sena.
Dettalji fin-Notice Boards.
Fil-Ħdud tal-Avvent, fil-Quddiesa tad-9.30am se jkollna Barkiet għall-Ommijiet, Nanniet u Bambini tal-Milied.
Matul l-Avvent ikollna wkoll In-Novena tal-Bambin; il-Kunċert tal-Milied u l-Purċissjoni tal-
Bambin fit-triq.
IMPORTANTI li ngħixu daż-żmien bit-talb u s-sehem attiv fiċ-ċelebrazzjonijiet.

6. Il-Ħadd 30 ta` Novembru, niċċelebraw il-75 Sena Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja.
Avveniment speċjali biex nirrikonoxxu s-sejħa u l-impenn tagħna bħala Komunita`
Parrokkjali fi żminijietna.
Qed inħeġġukom biex għal darba tiġu tieħdu sehem fil-Quddiesa speċjali tad-9.30am li se jmexxiha l-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Mario Grech u nisimgħu l-messaġġ tiegħu.
Għalhekk kulħadd mistieden, speċjalment il-membri tal-għaqdiet u kull min jagħti xi servizz fil-Parroċċa, nkunu fis-Santwarju fid-9.15am biex nilqgħu lill-Kardinal.
Wara l-Quddiesa niltaqgħu soċjalment fil-Każin Banda Sliema.
Il-Quddiesa tal-11.00am issir fil-11.15am.

7. Matul din il-ġimgħa, għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Josephine Micallef.
Agħtiha Mulej il-mistrieħ ta` Dejjem.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433