1. Illum il-Festa tal-Konverżjoni ta` San Pawl – Protettur tal-Provinċja Franġiskana Maltija, ningħaqdu
it-talb għalina l-Patrijiet u għal aktar vokazzjonijiet, speċjalment f’din is-sena tal-Kapitlu Provinċjali.
Bi Tħejjija, din il-ġimgħa se jkun hawn fostna P. Ġorġ Massinelli O.F.M., delegat tal-Ministru Ġeneral, biex janalizza u jiddiskuti l-qagħda tal-Patrijiet u l-ħidma tal-Parroċċa.


2. Il-Provinċja Franġiskana illum/il-bieraħ fetħet is-Sena Ċentinarja – tat-800 Sena mill-Mewt ta` San Franġisk.
Matul din is-Sena, nħeġġukom tqimu r-Relikwija tal-Qaddis esposta fin-Niċċa tiegħu u titolbu t-Talba li hemm, tal-Papa San Ġwanni Pawlu II, għall-Vokazzjonijiet Franġiskani, għall-Paċi fid-Dinja u
għat-Tisħieħ tal-Familji.
Bit-Talb u bis-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin tintrebaħ l-Indulgenża Plenarja mħabbra mill-Q.T. il-Papa Ljun.

3. It-Tnejn 26 ta` Jannar, fis-6.30pm, Laqgħa tal-Ushers, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

4. It-Tlieta, 20 ta` Jannar, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa mill-Kappillan fis-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi.

5. Il-Ħamis 22 ta` Jannar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina.

6. Il-Ħadd 1 ta` Frar, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Ngħarrfukom li ż-żewġ Koppli tal-Kappella tas-Sagrament, lesti mill-Membraine, biż-żebgħa u d-dawl u tbiddlu t-32 Tieqa. Fil-ġimgħat li ġejjin jiżżarmaw u jintrammaw iż-żewġ koppli tal-Kappella tas-San Franġisk. Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom fl-offerti ġenerużi tagħkom.
B’risq il-Manutenzjoni se jsir Bingo English Breakfast fiċ-Ċentru San’Antnin it-Tlieta 10 ta` Frar fl-10.00am. Donazzjoni €20.

7. Fil-Weekend li ġej se jsir Cake Sale fuq iz-zuntier.
Il-Ħadd 1 ta` Frar f’12.00pm Ikla fil-Każin Banda Sliema b’risq il-Festa tal-Madonna.
Napprezzaw is-sehem tagħkom.

8. Nfakkrukom, tieħdu l-formula minn ħdejn il-bibien tal-Knisja għaż-Żjajjar u t-Tberik tal-familji.
L-applikazzjonijiet tixħtuhom fil-Kaxxa apposta taħt il-Pulptu sal-1 ta` Marzu.

9. Tistgħu tapplikaw on-line għad-dħul tat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja bejn it-28 ta` Jannar u l-4 ta` Frar.
Aktar dettalji fuq il-Website tad-Djoċesi.

10. Il-Membri tal-Għaqda “Ħbieb tas-Santwarju”, mħeġġa jħallsu l-miżata ta` €25, għal din is-sena.
Għal aktar informazzjoni ikkuntattjaw lis-Sur Francis Cuschieri.

11. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem Maria Stella Grech u P.Godfrey Micallef O.F.M.. Kien edukatur u għal ħafna snin ħadem mal-Emigranti Maltin f’Londra, l-Awstralja w il-Kanada. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta` dejjem……………

Fr Martin Coleiro ofm

Gwardjan/Kappillan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433