1. Illum qed isir Cake Sale fuq i-zuntier, organizzat mill-Kummissjoni Festi, b’risq il- Festa tal-Madonna fl-Ewwel Ħadd ta` Lulju.


2. It-Tnejn 2 ta` Frar, il-Festa tal-Presentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju.
Fis-6.00pm il-Quddiesa u jsir it-tqassim tax-xema` mbierka tal-Gandlora.
Fl-aħħar tal-Quddiesa l-Bambin jittieħed proċessjonalment fil-Kappella tas-Sagrament fin-niċċa tiegħu.

3. It-Tlieta 3 ta` Frar, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn P. Julian Sammut O.F.M., ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd Mistieden.

4. Il-Ħamis 5 ta` Frar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina.

5. Il-Ġimgħa 6 ta` Frar, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, il-Patrijiet iżuru u jqarbnu l-morda u l-anzjani fi djarhom.

6. Infakkrukom:
 Il-Fratelli tas-Sagrament iħallsu l-miżata annwali ta` €10 lill-Kappilan.
 Il-Membri tal-Għaqda “Ħbieb tas-Santwarju” jħallsu €25, tas-sħubija tagħhom għal din is-sena lis-Sur Francis Cuschieri.
 Inħeġġu l-Parruċċani li jixtiequ li nżuruhom u nberkulhom id-dar biex jieħdu l-formola minn ħdejn il-bibien tal-knisja u jixħtuha bid-dettalji fil-kaxxa taħt il-Pulptu sal-Ħadd l-1 ta` Marzu.
 Qed nagħmlu l-aħħar sejħa għal min jixtieq jiġi magħna Lourdes bejn it-18 u t-22 ta` Lulju. Min hu interessat ikellem lill-Kappillan.

7. Qed nagħmlu sejħa lil dawk l-irġiel li jixtiequ jibdew joffru s-servizz tagħhom waqt iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Knisja biex jissieħbu mal-Għaqda tal-Ushers.
Min hu interessat, ikellem lil-Kappillan.

8. Mason Zammit ingħaqad mal-Komunita` Parrokkjali.
Nifirħu u nitolbu għall-familja tiegħu.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433