1. It-Tnejn 25 t’Awwissu, fis-7.00am nitilqu għal Għawdex mis-Savoy Bus Stop.
Illum l-aħħar ċans biex tibbukkjaw.
Donazzjoni ta` €30, kollox inkluż minbarra l-vapur.

2. Il-Ħamis 28 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni.

3. Sal-Ħadd 31 t’Awwissu, min jixtieq jista` joffri d-donazzjoni
b’risq il-familja li kellha l-inċident tal-ħruq tad-dar tagħhom fi
Triq Rudolfu.
Avviċinaw lill-Kappillan jew lil xi Patri tal-Komunita`.

4. Illum, f’Jum il-Festa tal-Parroċċa ta` Stella Maris, il-Komunita` Franġiskana flimkien mal-membri tal-Għaqdiet u l-parruċċani kollha, nawgurawlhom il-Festa t-Tajba.

5. lt-Tnejn 8 ta` Settembru, Festa ta` Marija Bambina, se norganizzaw Ħarġa għall-Festa tan-Naxxar.
Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-6.00pm.
Booking mingħand Margaret Cini.
Donazzjoni ta` €10.

6. Fin-Notice boards tal-Knisja hemm id-dettalji għar-reġistrazzjoni tat-tfal-għas-Sena Kateketika 2025/2026.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433