1. It-Tnejn 1 ta` Settembru, tibda r-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu 2025/2026
bejn il-5.00pm u s-7.00pm.
Ir-Reġistrazzjoni tkompli l-Ħadd 7 u l-Ħadd 14 ta` Settembru mill-10.15am sa
12.00pm.
Inħeġġu l-ġenituri/gwardjani biex jaqdu dan id-dmir lejn it-tfal tagħhom.
Aktar dettalji dwar il-katekiżmu, fin-Notice Boards tal-Knisja.


2. Il-Ħamis 4 ta` Settembru, bħal kull Ġimgħa jkun hawn l-Adorazzjoni fis-6.00pm.

3. Il-Ġimgħa 5 ta` Settembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, il-Patrijiet jżuru u jqarbnu l-anzjani u l-morda fid-djar.

4. Il-Ħadd 7 ta` Settembru, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju. Wasalna biex intemmu fażi oħra tal-Proġett. Minn Ottubru tas-sena l-oħra tlestiet iż-żebgħa tas-Santwarju kollu. Baqa` l-4 Koppli tal-Kappelli tas-Sagrament u ta` San Franġisk minn ġewwa, wara li jitlesta x-xogħol fuqhom minn barra.
Ngħarrfukom ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin se jibda jiżżarma l-iscaffolding ta` fuq l-Altar, għax tlesta ukoll ir-restawr tal-Abside prinċipali, u jibdew it-tħejjijiet għall-Inawgurazzjoni tagħha nhar it-Tnejn 29 ta` Settembru.
Napprezzaw it-talb u l-ġenerożita` tagħkom biex titkompla u jitħallsu l-ispejjeż kollha tal-Manutenzjoni.

5. lt-Tnejn 8 ta` Settembru, Festa Pubblika ta` Marija Bambina, qed norganizzaw Ħarġa għall-Festa tan-Naxxar.
Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-6.00pm.
Booking mingħand Margaret Cini, donazzjoni ta` €10.

6. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem John Gambin u Paul Spiteri.
Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……….

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433