1. Il-Ħadd 21 ta` Settembru, tkompli r-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu bejn l-10.15am u 12.00pm.

2. It-Tnejn 22 ta` Settembru, fis-7.00pm jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.


3. It-Tlieta 23 ta` Settembru, fis-6.00pm jiltaqgħu l-Ushers ħdejn l-Uffiċċju
Parrokkjali.

4. It-Tlieta 23 ta` Settembru, fis-7.00pm jiltaqgħu l-O.F.S., għal laqgħa minn
Peter Darmanin, bit-tema “Laudato Si”, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

5. Il-Ħamis 25 ta` Settembru, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni.

6. Il-Ġimgħa 26 ta` Settembru, fit-8.00pm l-Ikla tal-Festa fil-Każin Banda
Sliema, organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema.
Booking miftuħ.

7. It-Tnejn 29 ta` Settembru, f’Jum il-Parroċċa u fis-7 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Istatwa tal-Madonna, qed nistiednu lil kulħadd ikun presenti għall-Inawgurazzjoni tal-Apside Principali tal-Santwarju: “Il-Glorja tal-Immakulata” wara li sarilha r-Restawr mid-Ditta Prevarti, b’finanzjament mill-B.O.V..
Iċ-Ċelebrazzjoni tibda fis-6.30pm bi presentazzjoni dettaljata tax-xogħol professjonali li sar, segwita mill-Inawgurazzjoni u fis-7.00pm Quddiesa
Solenni mill-W.R. Provinċjal P. Twanny Chircop. O.F.M..

8. Nirringrazzjaw Familja li offriet li tħallas Sistema ġdida u aktar effettiva ta` sound biex tintuża fit-toroq waqt il-Purċissjonijiet. L-ispiża kienet €2,587.24.

9. Matul din il-Ġimgħa, għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem, Theodora Laus.
Agħtiha Mulej il -Mistrieħ ta` Dejjem ……….

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433