1. Illum il-qofol tal-Festa tas-Sultana Tagħna.
Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor offrew l-għajnuna, ħadu sehem u kienu presenti għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa fis-Santwarju w fit-triqat, infakkru li fit-8.30am ikun hawn il-Pontifikal mill-E.T. Mons. Sandro Overend Rigillo O.F.M. bil-Paniġierku minn Mons. Pawlu Vella.
Quddies ieħor jsir fis-7.00am; fil-11.00am u fis-6.00pm.
Inħeġġukom tingħaqdu magħna fil-ħruġ u d-dħul tal-Purċissjoni biex nagħtu l- ġieħ mistħoqq liil-Ommna tas-Sema għall-grazzji kollha li tqassmilna.
IL-FESTA T-TAJBA LIL KULĦADD.
2. Infakkru li nhar it-Tnejn 7 ta` Lulju, l-għada tal-Festa, is-Santwarju ma jiftaħx filgħodu, ssir biss il-Quddiesa tas-6.30pm.
3. Nirringrazzjawkom għall-ġenerożita` fil-Ġabra Speċjali Għall-Festa l-ġimgħa l-oħra li kienet €1,164.80, u għall-Bukketti ta` Ġenerozita` minflok fjuri, lill-Madonna.
L-ammont li nġabar jitħabbar fid-dħul tal-Purċissjoni.Prosit u Grazzi!
4. Is-Sibt 12 ta` Lulju, jkun xieraq li niltaqgħu għall-Quddiesa tas-6.30pm b’radd ta` ħajr lill-Ommna Marija u lil xulxin għall-Festa li qed niċċelebraw. Wara jsir id-dħul tal-Istatwa fin-Niċċa tagħha.
5. L-Uffiċċju Parrokkjali se jibqa` magħluq l-ġimgħa d-dieħla u jerġa jiftaħ l-Erbgħa 16 ta` Lulju filgħodu.
6. Se norganizzaw Ħarġa għal Għawdex it-Tnejn 14 ta` Lulju.
Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-7.30am.
Biljetti mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.
Donazzjoni ta` €30, kollox inkluż minbarra l-vapur.
7. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem, Antoinette Tonna.
Agħtiha Mulej il-mistrieħ ………..
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments