1. Il-Ħadd 29 ta` Ġunju, Festa Tfal, fid-9.00am il-Quddiesa għat-tfal, fl-10.00am Manifestazzjoni bl-
Istatwa tal-Madonna bis-sehem tal-Banda Sliema u fil-11.00am inkomplu b’logħob u ikel fit-triq tal-Knisja.

2. It-Tnejn 30 ta` Ġunju, inqiegħdu l-Ġublew tat-Tama taħt il-Ħarsien tal-Madonna, f’mument kritiku għall-Paċi fid-dinja .
Il-Quddiesa tas-6.30pm, issir quddiem l-Istatwa Inkurunata minn P.Mark Ciantar O.F.M. .
Se jkunu magħna l-anzjani li nqarbnu fi djarhom kull ġimgħa.
Appell biex ninġabru u nitolbu għall-Paċi.

3. It-Tlieta 1 ta` Lulju, fis-7.30pm Programm Vokali u Mużikali, organizzat mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, flimkien mal-Patrijiet u l-Kunsill Lokali Sliema.

4. L-Erbgħa 2, il-Ħamis 3 u l-Ġimgħa 4 ta` Lulju, Jiem ta`Tridu Solenni. Fis-6.00pm in-Novena u fis-6.30pm il-Quddiesa iċċelebrata mill-Patrijiet, jippriedka Mons. Lawrenz Sciberras. Wara l-Quddiesa Ċelebrazzjoni bil-Kant tal-Innu u Antifona u Barka Sagramentali.
L-Erbgħa fid-9.00am Quddiesa għall-Anzjani minn P. Pawl Galea O.F.M..

5. Is-Sibt 5 ta` Lulju, Lejlet il-Festa fid-9.00am Il-Quddiesa ta` Radd il-Ħajr għall-Grazzja tal-Festa, bl-għajnuna t’Alla u l-koperazzjoni tal-Komunita` Parrokkjali. Se nitolbu għall-għeziez mejtin ta` din is-sena.
Fis-6.00pm Translazzjoni u l-Quddiesa Solenni fis-6.30pm mill-Ministru Provinċjal P.Twanny Chircop O.F.M..

6. Il-Ħadd 6 ta` Lulju, Jum il-Festa tal-Parroċċa b’Ġieħ lill-Ommna Marija u Sultana Tagħna.
Filgħodu se jkun hawn il-Quddies tas-7.00am u tal-11.00am.
Fit-8.30am, Il-Quddiesa Potifikali mill-E.T. Mons Sandro Overend Rigillo O.F.M., bis-sehem tal-membri tal-Għaqdiet u l-Komunita` Parrokkjali. Fiha tingħata l-Indulġenża Plenarja.
Jinseġ il-Panigierku Mons. Pawlu Vella.
Fis-6.00pm iqaddes P.Claudio Borg O.P., il-Kappillan tal-Parroċċa Ġesu` Nazzarenu.
Fis-7.30pm toħroġ il-Purċissjoni bl-Istatwa Inkurunata tas-Sultana Tagħna.

7. L-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq u jerġa jiftaħ l-Erbgħa 16 ta`Lulju filgħodu.

8. It-Tnejn 14 ta` Lulju se norganizzaw Ħarġa għal Għawdex.
Biljetti għal donazzjoni ta` €30 mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.

9. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li bis-servizz tagħhom tħejjiet u se tkun iċċelebrata l-Festa.
Ilkoll mħeġġa niġu f’dawn il-jiem biex inqimu lill-Madonna u nitolbuha l-grazzji, nieħdu sehem attiv fis-
Sagramenti u nisimgħu l-Kelma t’Alla u ngħixu b’dinjita` ċ-ċelebrazzjonijiet fit-toroq.
Nirringrazzjaw lil dawk li offrew jew se joffru Bukkett ta` Ġenerożita` minflok fjuri lill-Madonna, b’għajnuna għall-manutenzjoni li qed issir lis-Santwarju.

10. Il-Patrijiet Franġiskani flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Konfraternita` tal-Madonna, il-Kummissjoni Festi, s-Soċjeta` Filarmonika Sliema u l-Għaqdiet kollha tas-Santwarju jawguraw lil kulħadd għall-jiem tal-Festa, grazzji, tama, għaqda u serenita`.

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433