1. It-Tlieta 10 ta` Ġunju, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn P. Julian Sammut O.F.M. fis-7.00pm, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd mistieden.
2. L-Erbgħa 11 ta` Ġunju, l-Ħames Erbgħa ta` Tħejjija għall-Festa tal-Madonna.
Mistiedna l-familji li joqgħodu fit-Toroq: San Ġwann Battista; Ellul Mercer; Emilio Lombardi; Sant’Agata u Madonna tas-Sacro cuor.
Fis-6.00pm nitolbu n-Novena tal-Madonna u fis-6.30pm il-Quddiesa, jippriedka P. Frank Cini M.S.S.P..
3. Il-Ħamis 12 ta` Ġunju, fit-8.30am nitilqu mis-Savoy Bus Stop għall-Bażilika tal-Isla, Pellegrinaġġ tal-Ġublew. Ikollna l-Quddiesa, ninviżtaw lir-Redentur u wara nkomplu b’ħarġa sax-xatt tal-Isla. Booking għadu miftuħ.
Fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm, Lectio Divina.
4. Il-Ġimgħa 13 ta` Ġunju, il-Festa ta` Sant’ Antnin ta` Padova. Fis-6.30pm il-Quddiesa bit-tberik u
tqassim tal-Ħobż ta` Sant’ Antnin bis-sehem tal-Abbatini u l-Kor tat-tfal.
Fis-7.30pm laqgħa ta` tħejjija għall-ġenituri u t-tfal li se jirċievu l-Ewwwel Tqarbina. Importanti li kulħadd jattendi.
5. Is-Sibt 14 ta` Ġunju, il-Kunsill Lokali f’Tas-Sliema se jorganizza it-3 Edizzjoni ta` SQAQIEN – Lejla
Folkloristika mill-5.00pm ‘l quddiem fi Triq San Trofimu.
Fost oħrajn se jkun hawn: ikel u xorb, wirja ta` Karozzi Antiki, Tieġ Malti, Kant u Għana, Logħob ghat-tfal, Żfin u Artiġġjanat Malti. Kulħadd Mistieden.
6. Il-Ħadd 15 ta` Ġunju, se tingħata l-Ewwel Tqarbina lit-Tfal tal-Parroċċa. Nirringrazzjaw lill-ġenituri
u l-Katekisti għall-impenn tagħhom.
It-tfal jinġabru ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali fid-8.45am, fid-9.15am jiġu proċessjonalment sal-Knisja,
fid-9.30am il-Quddiesa.
7. Il-Ħaad li ġej hu Jum il-Missier ukoll.
Qed nistiednu l-Missirijiet għall-Quddiesa tal-11.15am, magħhom nifirħu, nitolbu u noffrulhom tifkira.
8. Il-Ġabra li saret il-ġimgħa l-oħra b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju kienet €3,825.
Infakkrukom fl-Iskema ta` ġbir b’risq il-manutenzjoni għall-Festa tal-Madonna, li toffru donazzjoni
minflok il-fjuri. Kull donazzjoni hija apprezzata u għandha tingħata lill-Kappillan.
9. Is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta` Ġunju, ssir it-tieni Ġabra Speċjali b’risq il-Festa tal-Madonna.
Nirringrazzjawkom.
10. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem Francesco Busuttil, Pauline Mifsud u Henry
Coleiro. Agħtihom Mulej ……………….
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments