1. It-Tlieta 23 ta` April, il-Franġiskani Sekulari jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Peter Darmanin jitkellem dwar “ Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom”. Kulħadd jista` jattendi.

2. Il-Ħamis 25 ta` April, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa tas-6.30pm issir il-Lectio Divina.

3. Il-Ġimgħa 26 ta` April, se ssir Ikla b’risq il-Festa organiżżata mill-Kummissjoni Festi u
s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, fl-istess Każin, għal donazzjoni ta` €20.
Il- booking miftuħ.

4. Is-Sibt 27 ta` April bejn id-9.30am u 12.00pm se jsir Seminar importanti għall-Ministri
Straordinarji tat-Tqarbin fiċ-Ċentru Sant’ Antnin. Il-laqgħa li se jmexxieha P.Anton Farrugia O.F.M. hija obbligatorja minħabba li hija t’aġġornament u ta` tiġdid tal-Mandat tal-Ministri. Il-Ministri kollha huma fid-dmir li jattendu u jkunu fil-ħin.
Nirringrazzjawhom tas-servizz daqshekk utli li joffru fil-Parroċċa.

5. Fl-aħħar Sibt ta` Mejju, niċċelebraw il-Festa Liturġika tas-Sultana Tagħna tal-Qalb ta` Ġesu`. Għalkekk nhar il-Ġimgħa 24 ta` Mejju, Lejlet is-Solennita` se ssir il-Vestizzjoni tal-Fratelli u Konsorelli ġodda fil-Fratellanza tal-Madonna.
Kull min hu interessat ikellem lil Joe Debono jew lil Marianne Bonaci.
Il-membri tal-Fratellanza mitluba jħallsu €5, id-donazzjoni ta` kull sena, lil Marianne Bonaci.

6. Matul din il-ġimgħa daħlet donazzjoni ta` €200 għall-Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja.
Il-ġabra li saret b’risq id-Djar tal-Karita` kienet €520.00.
Id-donazzjonijiet li nġabru fir-Randan għal Dar Bjorn kienu €1073.31. €433.31 minnhom inġabru mit-tfal tal-klassijiet tal-Katekiżmu.

7. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-ħajja ta` dejjem Salvina Lanfranco
Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……….

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433