1. Laqgħa mportanti għall-ġenituri tat-tfal li ser jersqu għall-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej, għada t-Tnejn 15 ta` April fis-6.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Il-ġenituri kollha mistennija jattendu, jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal waqt il-laqgħa.
Nfakkru sabiex min għad għandu l-Karus ta` Mħabba b’risq Dar Bjorn, iġibu miegħu u jgħaddieh lill-Katekista.

2. It-Tnejn ukoll fis-7.00pm issir il-laqgħa tal-Ushers.

3. It-Tlieta 16 ta` April, fl-4.30pm jiltaqa` l-Grupp tat-Talb Padre Pio, fil-Knisja ta` Stella Maris.
Wara l-Quddiesa tas-6.30pm, jiltaqgħu l-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Iwassal il-ħsieb Tony Mahoney “Il-Kelma t’Alla permezz tal-Arti”. Kulħadd mistieden.

4. L-Erbgħa 17 ta` April, ‘Lifenetwork Malta’ se torganizza attivita` bejn id-9.00am u 1.00pm
f’Ħal-Balzan.
Aktar dettalji fin-Notice Board tal-Knisja.

5. Il-Ħamis 18 ta` April, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa tas-6.30pm il-Lectio Divina.

6. Il-Ġimgħa 19 ta` April, fis-7.00pm jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
Il-membri mħeġġa jattendu fil-ħin.

7. Is-Sibt 20 ta` April se ssir Laqgħa Vokazzjonali għat-tfal u adoloxxenti subien bejn il-5.00pm u t-8.00pm fil-Kunvent tagħna tar-Rabat.
Aktar dettalji fin-Notice Board tal-Knisja.

8. Il-Ġabra Speċjali li saret il-ġimgħa l-oħra b’risq ix-xogħol li qed isir fuq il-bjut tal-Knisja kienet €2,015.09. Matul din il-ġimgħa daħlu wkoll €400 donazzjonijiet.
Nirringrazzjaw lil kull min qed jgħinna biex inħallsu l-ispiża kollha, issa li x-xogħol tal-ewwel fażi tal-Proġett dalwaqt jintemm.

9. Se jsir seminar obbligatorju għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, nhar is-Sibt 27 ta` April bejn id-9.30am u 12.00pm fiċ-Ċentru Sant’ Antnin.
Is-Seminar li se jitmexxa minn P. Anton Farrugia O.F.M. jservi ta` aġġornament kif ukoll biex jiġġedded il-Mandat tal-Ministri tat-Tqarbin.
Għalhekk il-Ministri tat-Tqarbin kollha huma fid-dmir li jattendu.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433