L-Epifanija tal-MuleJ
1. Il-Ħadd 7 ta` Jannar, il-Maġi jaslu għall-Quddiesa tad-9.30am u jiddjalogaw mat-
tfal u jagħtuhom tifkira qabel jitilqu.
2. It-Tnejn 8 ta` Jannar, il-laqgħa għall-Fratelli tas-Sagrament fid-9.30am ħdejn l-
Uffiċċju Parrokkjali.
Filgħaxija jerġa jibda l-Katekiżmu tat-tfal. It-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ħamis skond il-
klassi.
3. It-Tlieta 9 ta` Jannar, il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari fis-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju
Parrokkjali.
Jitkellem Peter Darmanin: “Ftit umilta` tagħmlilna ħafna ġid.”
Kulħadd jista jattendi.
4. Il-Ħamis 11 ta` Jannar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u l-Lectio Divina wara l-Quddiesa.
Fis-7.30pm jibda l-kors ta` Kana għall-għarajjes fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’Antnin u jkompli kull nhar ta` Ħamis.
5. Il-Ġimgħa 12 ta` Jannar, jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-6.30pm.
6. Il-Ġabra b’ risq id-Dar tal-Providenza kienet €1,440.
Infakkrukom li baqa` l-aħħar ġimgħa għal min jixtieq jagħti ikel jew donazzjon lill-Kċina Santa Marta, tad-Djoċesi.
Qiegħdu l-ikel u d-donazzjoni fl-Altar tal-Karmnu.
7. Din il-ġimgħa b’risq il-Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja daħlu €450.
Nirringrazzjawkom għall-ġenerożita` u napprezzaw jekk tibqgħu toffru d- donazzjoni ta` €200 kif u meta tistgħu.
8. Matul din il-ġimgħa għadda għall-ħajja ta` dejjem P. Alfred Sciberras O.F.M. .
Agħtih Mulej il-mistrieħ ta` dejjem.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments